Aġġornat: Sid ta’ kjosk attakkat b’sikkina

  • Lul 10, 2012 07:50
  • Miktub minn

    Għal ħabta tas-7.15 ta’ dalgħodu raġel ta’ nazzjonalità Eġizzjana, residenti l-Belt, attakka lis-sid ta’ Diana Kiosk fid-daħla tal-Belt.

    Jidher li r-raġel ta’ nazzjonalità barranija, ta' 37 sena, mar ħdejn Diana Kiosk u talab il-flus lis-sid, raġel ta’ 57 sena minn Ħ‘Attard. Minn tagħrif li ksibna minn fuq il-post jidher li s-soltu s-sid jagħtih x’jiekol u x’jixrob, iżda rrifjuta li jagħtih il-flus.

    Kien hawn li l-barrani deher irrabjat u f’daqqa waħda ħareġ sikkina min ħżienu u ta tliet daqqiet lill-Malti. B’xorti tajba l-Malti intlaqat ħafif. Il-barrani kien miżmum minn ħbieb tal-Malti u wieħed minnhom ħadlu s-sikkina. Kien hawn li l-agressur qabad siġġu minn tal-kjosk stess u għamel ħsara volontarja fil-kjosk billi kisser il-ħġieġ u affarijiet oħra. Eventwalment, spiċċa sofra ġriehi bil-ħġieġ li kisser hu stess.

    Fuq il-post marru l-pulizija tad-distrett tal-Belt u arrestaw lill-barrani. Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar f’ambulanzi separati.

    Ritratti: John Pisani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  

Facebook