Jitlob investigazzjoni dwar kuntratt ta’ xiri ta’ karozzi minn TM

  • Lul 09, 2012 22:17
  • Miktub minn Owen Galea

    Id-deputat Laburista Joe Sammut talab illejla fil-Parlament biex issir investigazzjoni serja dwar kuntratt ta’ xiri ta’ għaxar karozzi minn Transport Malta u li ngħata lil kumpanija li d-direttur maniġerajli tagħha hija wkoll membru fil-Kumitat tal-Affarijiet Marittimi tal-istess awtorità.

    Waqt il-ħin tal-aġġornament id-deputat Laburista rrefera għal artiklu ppubblikat il-Ħadd li ghadda fit-TORĊA fejn kien żvelat li fil-preżent għaddejja inkjesta interna f’TM dwar ix-xiri ta’ dawn l-għaxar karozzi.

    Madankollu huwa talab li ssir inkjesta serja “mhux bħall-inkjesta interna li għaddejja bħalissa biex jinħbew il-provi li hemm.”

    Sammut qal li l-fatti juri li f’dan il-każ kien hemm kunflitt ta’ interess qawwi bejn il-membri ta’ dan il-bord. Fil-fatt huwa saħaq li dawn naqsu li jimxu mal-istess kodiċi ta’ etika li TM imponiet fuq il-ħaddiema tagħha. Qal li minkejja dan il-kodiċi, il-membri ta’ dan il-bord ħbew kollox u t-tender ingħata lill-membru tal-istess kumitat li hu saħansitra mmexxi miċ-Ċermen tal-Awtorità, Mark Portelli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook