Imut l-eks goalkeeper ta’ Valletta – Alfred Stivala

  • Aww 19, 2014 06:44
  • Miktub minn
"

    Il-football Malti, b’mod speċjali l-club ta’ Valletta, jinsab f’luttu meta l-bieraħ tħabbret il-mewt tal-ex goalkeeper, Alfred Stivala, fl-età ta’ 72 sena.

    Stivala kien il-goalkeeper ta’ riserva ta’ Tommy Taylor u kien għamel id-debutt tiegħu proprju għax dan il-goalkeeper Irlandiż kien ma jiflaħx.

    Iżda Stivala daqstant ieħor kien tajjeb fl-ewwel logħba tiegħu, dik ta’ nhar it-13 ta’ Ottubru, 1962, meta ħalla l-lasta tiegħu intatta fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Hibernians, bl-iskorers ikunu Silvio Rapinett u Mario Azzopardi.

    F’din l-imsemmija partita, il-formazzjoni ta’ Valletta kienet: Alfred Stivala, Walter Bone, Edwin Schembri, Charlie Williams, Joe Cilia, John Darmanin, Charlie Chircop, Josie Urpani, Mario Azzopardi, Frankie Zammit, Pawlu Gauci (Silvio Rapinett),.

    F’din il-partita, id-difensur Edwin Schembri lagħab il-190 logħba personali fil-Kampjonat.

    Stivala lagħab fi tliet staġuni ma’ Valletta fejn b’kollox għas-ses il-lasta Beltija għal 15-il darba - 1962/63 (1),; 1963/64 (4),; 1964/65 (10),.

    Stivala lagħab ukoll fit-tieni leg tal-ewwel round taċ-Champions Cup kontra Dukla Prague (Ċekoslovakkja),, nhar id-19 ta’ Settembru, 1963, fejn dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 għal aggregate ta’ 8-0.

    Il-formazzjoni Beltija kienet: Alfred Stivala, John Attard, Vincent Gauci, Charlie Williams, Joe Cilia, Frankie Zammit, Vincent Vassallo, Tony Vassallo, Tony Calleja, Josie Urpani, Alfred Borg .... immexxija mill-coach Carm Borg.

    Il-goals ta’ Dukla ġew skorjati minn Jan Geleta u Josef Jelinek.

    Il-funeral se jsir għada, l-Erbgħa, fid-9.00 am, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2