Luis Suarez ippreżentat b’mod uffiċjali

  • Aww 18, 2014 22:30
  • Miktub minn
"

    L-attakkant internazzjonali Urugwajan, Luis Suarez, ġie ppreżentat b’mod uffiċjali mill-club ta’ Barcelona flimkien mal-players l-oħrajn, Ivan Rakitic, Thomas Vermaelen, Jeremy Mathieu, Claudio Bravo u Marc-Andre Ter Stegen.

    Din il-preżentazzjoni saret qabel il-logħba ta’ ħbiberija kontra t-team Messikan ta’ Leon fejn il-Katalani ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 6-0 b’goal ta’ Lionel Messi (4),, doppjetta kull wieħed ta’ Neymar (12, 44), u Munir El Haddadi (56, 78), u goal ta’ Sandro Ramirez (90),.

    Ta’ min isemmi li Suarez tħalla jittrenja ma’ Barcelona wara li ingħata permess mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport wara li huwa ressaq l-appell fuq is-sospensjoni ta’ disa’ partiti internazzjonali u erba’ xhur minn kull attività tal-FIFA wara li nstab ħati li gidem lid-difensur Taljan, Giorgio Chiellini, waqt il-logħba mill-Fażi tal-Gruppi tat-Tazza tad-Dinja.

    Iżda l-appell tiegħu ma ntlaqax.

    Suarez ingħaqad ma’ Barcelona mingħand Liverpool għal £75 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0