Aġġornat: Jibgħat lill-Maltin jiġbru l-patata!!

  • Set 12, 2012 07:02
  • Miktub minn
"

    Jekk il-prestazzjoni tajba li għamel it-tim Malti 'lbieraħ ħalliet lil ħafna Maltin sodisfatti, f'pajjiżna kien hawn min ħass li għandu jipprova jumilja lit-tim tagħna. M'għandniex xi ngħidu, l-eluf ta' Maltin fuq Facebook ma ħallewhx b'xejn anke għax donnu l-logħba Italja vs Malta nislet fina ċertu sens ta' patrijottiżmu.

    Ilbieraħ spikka l-kumment li għadda s-sid tar-ristorant li jinsab fix-Xemxija bl-isem ta' La Piccola Calabria. Kif jixhed ismu dan jispeċjalizza f'ikel Taljan. Iżda 'lbieraħ fis-sit soċjali Facebook, is-sid għażel li jitfa' kumment li xejn ma niżel tajjeb ma ħafna Maltin fosthom klijenti ta' dan ir-ristorant.

    Hu kiteb ir-riżultat tal-logħba bejn l-Italja u Malta u wara kiteb li l-Maltin għandhom imorru jiġbru l-patata.

    Dan kien segwit b'għadd ta' kummenti li urew diżapprovazzjoni għal dak li kiteb. Kien hemm min staqsa jekk min jitlef b'żewġ gowls imur jiġbor il-patata, x'irid jagħmel dak li jitlef b'erba' gowls? Ovvjament b'referenza għat-tidwira li t-Taljani dabbru kontra Spanja fil-finali tal-EURO 2012.

    Jiġġustifika l-kummenti tiegħu

    Is-sid tar-ristorant La Piccola Calabria dalgħodu, fuq facebokk ukoll, ta r-raġuni li waslitu għal dak li kiteb.

    Huwa qal li kollox beda bħala ċajta fuq facebook bejnu u bejn martu li hija Maltija. Is-sid tar-ristorant qal li wara wieġbu xi ħadd Malti li offenda lil martu u lil bintu kien hawn li ma baqax jara kiteb kliem dispreġjattiv kontra Malta.

    Intant, fuq facebook infetaħ grupp biex ikun ibbojkotjat ir-ristorant La Piccola Calabria li jinsab fix-Xemxija li diġà ssieħbu fih 1,700 persuna. Dwar dan il-grupp is-sid tar-ristorant qal li min jibbojkotja r-restirant tiegħu għandu jqiegħed idejh fuq qalbu u jsaqsi lilu nnifsu jekk hux qed jagħmel xi ħaġa tajba.

    Is-sid ta' La Piccola Calabria qal li hu ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin fejn hu u familtu jagħqilu x'jieklu minn dan ir-ristorant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    78