Aġġornat: Kburin bikom!!

  • Set 11, 2012 22:09
  • Miktub minn

    Sakemm ma tirbaħx jew imqar tikseb punt bilfors tkun xi ftit diżappuntat. Wara kollox wieħed kemm se jdum jikkuntenta b’telfiet minimi. Iżda, bħala Maltin ma nistgħux ma nkunux kuntenti bil-wirja tat-tim tagħna llejla.

    Kontra l-qawwa tal-Italja ħarġuna bl-unuri. Kontra t-tim li tela’ sal-finali tal-Kampjonati Ewropej - ftit tax-xhur ilu - urew logħob organizzat u ftit kienu l-ħinijiet fejn dehret daqstant id-differenza bejn tim li huwa fost dawk bl-ogħla ranking fil-futbol mondjali, u dak tagħna, li qiegħed fost tal-aħħar. Taħt it-tmexxija ta’ Pietro Ghedin il-plejers tagħna qamu għall-okkażżjoni u ġabu fix-xejn il-pretensjonijiet tat-Taljani li l-uniku dubju li kellhom kien b’kemm se jirbħulna. Rebħulna tnejn b’xejn u bi tbatija. M’għandniex dubju li dan ir-riżultat jagħmel iktar ġieħ lilna milli lilhom.

    Gowl kmieni

    It-Taljani ħarġu għall-gowl kmieni u dan wasal fil-hames minuta meta ballun fit-tul tal-Juventin Claudio Marchisio sab lil MATTIA DESTRO li f’pożizzjoni dubjuża ta’ offside avvanza, qabel għeleb lil Hogg b’xutt ċentrali.

    Fil-ħdax-il minuta kien l-istess gowlkiper Malti li b’save stupend dawwar f’korner frikik minn fuq il-lemin ta’ Alessandro Diamanti. Mal-ħin, bi żvantaġġ ta’ gowl il-plejers Maltin bdew jagħmlu kuraġġ u anke bdew idawwru l-ballun tajjeb. F’ċans rari, man-nofs siegħa logħob Michael Mifsud ħasad lil kull min kien fi Stadio Braglia b’konklużjoni minn nofs il-grawnd li qabdet lil gowlkiper Buffon barra minn postu, bil-ballun jgħaddi ftit għoli.

    Fit-33 minuta erġajna konna perikolużi b’xutt insidjuż ta’ Roderick Briffa li Buffon fil-lasti Taljani dawwar f’korner b’diffikulta.

    Fit-tieni taqsima t-Taljani ħarġu għal iktar gowls tant li minn sistema ta’ 4-3-1-2, qalbu għal dik ta’ 4-3-3 wara li ż-żagħżugħ Lorenzo Insigne ħa post Alessandro Diamanti. Huma marru viċin fis-57 minuta b’pass meqjus ta’ Pirlo li żmarka lil Nocerino, li min-naħa tiegħu kompla lejn Destro. Iżda, Hogg kien attent u antiċipa fuq l-attakant ta’ Roma.

    It-Taljani baqgħu superjuri u ż-żagħżugħ ta’ Napoli Insigne beda jagħmel ħsara kbira fuq ix-xellug. Peró mhux dejjem beda jsib plejers sħabu f’pożizzjoni ideali biex jikkonkludu fix-xibka. Finalment huma ssiġillaw ir-rebħa fid-90 minuta, f’mument rari ta’ nuqqas ta’ konċentrazzjoni mill-plejers Maltin. Kien FEDERICO PELUSO li b’daqqa ta’ ras tefa fix-xibka wara korner ta’ Andrea Pirlo.

    Italja: Gianluigi Buffon, Federico Peluso, Mattia Cassani, Andrea Barzagli, Leonardo Bonucci, Alessandro Diamanti (Lorenzo Insigne 46),, Claudio Marchisio, Antonio Nocerino, Andrea Pirlo, Mattia Destro (Sebastian Giovinco 83),, Pablo Osvaldo (Giampaolo Pazzini 69),

    Malta: Andrew Hogg, Alex Muscat (Ryan Camilleri 86),, Edward Herrera, Gareth Sciberras, Andrei Agius, Luke Dimech, Daniel Bogdanovic (Andrew Cohen 69),, Roderick Briffa, Michael Mifsud, Andrè Schembri, Steve Borg

    Referi: Antti Munukka (Fillandja),

    Assistenti referi: Matti Heininen, Jan Peter Aravirta (Fillandja),

    Raba' uffiċjal: Dennis Antamo (Fillandja),

    Sofor: A.Muscat, A.Schembri, A.Cohen, A.Hogg (MLT), ammoniti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 11

  •  
    anonimu
    Set 11, 2012

    intom bis serjeta jew. Dik tisejah loba sabiha ghal maltin? 11 fil-lasta u buffon espresso kellu bzonn jihu. loghba dizaztru ohra ghal maltin

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 11, 2012

    Nahseb li il-maltin ghalkemm tilfu marru tajjeb iktar milli wiehed jahseb meta tqis li l-ewwel goal kien offside u t-tieni wiehed minn corner wara li l pleyer taljan laqgha l-ballun b'idu.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 11, 2012

    Prosit Mata. Wara kollox il-plejers tagh

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 11, 2012

    Malrta almenu laghbu ahjar mil Inglizi kontra L-Italia ghax L-Inglizi qadu ankrati fil kaxxa tal penalty area jixxutjawil fuq fejn gie gie, almenu Malta ghamlu xutt wiehed tajjeb, imma l-inglizi x'kienu ghamlu zero xejn

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 11, 2012

    nahseb li veru ma tifmux fil football ta xi dwejjaq jaqq. lghar goler tad dinja anna minn taht u jahli il hin xi dwejjaq kif nistaw niksbu imqar punt arukaza,

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 12, 2012

    @darren int xi bravu iehor li toqod fuq is siggu tikritika biss mat taljani ta laghbna mhux ma bubaqra.xrudna namlu nilabu 3-4-3 halli najdu atakajna imbad naqalaw 6

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 12, 2012

    Darren, jekk rajt il kumentarju bit taljan fid bidu qalu illum se naraw xita ta goles min team taljan..... f' ahhar hargu disapuntati...

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 12, 2012

    Darren, nahseb rajt loghoba ohra, ghax fl ewwel taqsima il lohoba kienet maqsuma. it taljani

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 12, 2012

    PROSIT. Keep it up. You know you can do better. Believe in yourselves! Anke l-Awstralia qaghlaw 2-1 min ghand il-Jordan.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 12, 2012

    Jiena personalment kont nippreferi li nara xi zewg attakki, mhux hallejna lil Michael Mifsud wahadu. Ma

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 12, 2012

    Fl-opinjoni tieghi malta laghbu loghba pozittiva pero li ma qbiltx hi li l-coach ghed

    Irrispondi