Kampjonat Premier: Iċ-champions Valletta jibdew b’telfa

  • Aww 17, 2014 23:31
  • Miktub minn
"

    Valletta …….0

    Mosta ………..1

    Valletta bdew id-difiża tat-titlu fuq nota ferm negattiva hekk kif kellhom ibaxxu rashom kontra Mosta li ħadu t-tliet punti grazzi għal goal uniku skorjat minn Bojan Kaljevic f’nofs l-ewwel taqsima.

    Ftit qabel sofrew dan l-uniku goal tal-logħba, Valletta tilfu ċans tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ, eżattament fis-17-il minuta meta rebħu penalty wara li d-difensur Mosti Adrian Borg mess b’idu cross ta’ Steve Borg.

    Imma l-goalkeeper Mosti, Omar Borg, wettaq bravura billi ntefa’ tajjeb biex dawwar il-penalty mogħti minn Elford Alliyu f’corner.

    Ferm aktar kien mistenni mit-team Belti, minkejja li sabu ruħhom goal minn taħt wara li żbaljaw dan iċ-ċans, imma ftit li xejn dehru effettivi fl-azzjonijiet tagħhom. Mertu għal dan imur mhux biss għall-goalkeeper Borg imma anke għad-difiża ferm organizzata tat-team Mosti li għarfet tikkontrolla tajjeb kull sforz min-naħa tal-Beltin biex l-iskor baqa’ ma nbidilx sat-tmiem.

    Valletta ħolqu l-ewwel periklu wara kwarta logħob meta minn kross fuq ix-xellug ta’ Azzopardi, Elford Alliyu kellu t-tentattiv tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper Borg.

    In-naħa l-oħra minn azzjoni ta’ corner, Adrian Borg minn qagħda ftit angolata xxuttja ftit għoli.

    Kien l-istess Adrian Borg li fis-17-il minuta mess il-ballun b’idu minn cross ta’ Steve Borg bir-referee Fyodor Zammit isaffar għal penalty wara li gibidlu l-attenzjoni l-assistent Duncan Sultana. Imma x-xutt mill-11-il metru ta’ Alliyu ra lill-goalkeeper Borg isalva tajjeb f’corner.

    Fl-24 minuta Mosta marru fil-vantaġġ b’goal pjuttost kiesaħ u biered meta xutt ta’ BOJAN KALJEVIC deher li ġie salvat mill-goalkeeper Vella imma ħarablu l-ballun minn idu biex spiċċa fix-xibka.

    Sal-mistrieh Valletta komplew jagħfsu bi freekick ta’ Bajada li Alliyu kkonkluda ftit barra bir-ras u xutt mill-bogħod ta’ Fenech li Borg salva f’żewġ tentattivi.

    Fit-tieni taqsima Valletta ħarġu fuq l-attakk u ħolqu l-ewwel periklu permezz ta’ Alliyu li x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa għadda ftit barra.

    Mal-ħin però l-Beltin battew quddiem id-difiża Mostija li dehret ferm organizzata tant li kellna nistennew sa kwarta mit-tmiem biex naraw azzjoni denja oħra meta Christian Caruana, li daħal bħala sostitut minflok Nafti, irċieva mingħand Bajada u fajjar xutt li l-goalkeeper Borg salva tajjeb.

    L-istess Caruana ftit wara qassam lil Montebello li x-xutt tiegħu fil-baxx ġie salvat minn Borg. Montebello kellu ċans ieħor tajjeb ftit wara imma mill-kross ta’ Kooh Sohna tefa’ barra bir-ras minn qagħda ċentrali.

    Kienu l-aħħar sforzi tal-Beltin f’wirja ferm deludenti fil-bidu tad-difiża tat-titlu li rebħu l-istaġun li għadda.

    VALLETTA: 28-Nicholas George Vella, 2-Jonathan Caruana, 3-Ian Azzopardi, 4-Steve Borg, 5-Ryan Camilleri (36-Luke Dimech 32),, 6-Ryan Fenech, 8-Hugo Faria (11-Luke Montebello 76),, 9-Raphael Kooh Sohna, 15-Lateef Elford Alliyu, 18-Shaun Bajada, 30-Abdelkarim Nafti (23-Christian Caruana 62), - Coach: Gilbert Agius

    MOSTA: 27-Omar Borg, 22-Tyrone Farrugia, 15-Adrian Borg, 20-Dyson Falzon, 6-Ryan Grech (16-Karl Pulo 86),, 11-Bojan Kaljevic (8-Kyle Frendo 90),, 21-Sasa Jovanovic (10-Kurt Zammit 73),, 7-Nemanja Milovanovic, 83-Daniel Bueno, 18-Kurt Magro, 9-Manolito Micallef - Coach: Enrico Piccioni

    REFERI: Fyodor Zammit

    ASS. REFERIS: Duncan Sultana, Jurgen Spiteri

    RABA’ UFFIĊJAL: Philip Farrugia

    SKORERS: B. Kaljevic 24 (M),

    AMMONITI: K. Magro, K. Pulo (M),

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Omar Borg (Mosta),

    Qormi …………….1

    Naxxar L. ………..0

    Goal uniku skorjat fil-bidu tat-tieni taqsima minn Joseph Chetcuti ta tliet punti ferm siewja lil Qormi f’konfront missielet bejn żewġ timijiet li l-għan ewlieni tagħhom deher ċar li se jkun li jirbħu punti kemm jistgħu fl-ewwel fażi tal-kampjonat biex jevitaw iż-żona tar-relegazzjoni.

    Għal Chetcuti kien ritorn feliċi wara li qatta’ l-istaġun li għadda jilgħab f’Għawdex ma’ Kercem Ajax. Il-goal importanti wasal minn azzjoni ta’ Alfred Effiong li, bla dubju, kien l-aħjar player fil-ground u li kien involut prattikament f’kull azzjoni li ħolqu Qormi biex ma kinitx sorpriża li huwa ġie vvotat player tal-logħba mill-ġurnalisti.

    Għal Naxxar kien bidu diżappuntanti anke jekk għal ħafna ħin matul l-ewwel taqsima huma dehru xi ftit aħjar mill-avversarji tagħhom, imma ftit li xejn kienu effettivi fil-konklużjonijiet tagħhom.

    Min-naħa tagħhom, Qormi dehru aħjar wara l-mistrieħ inkoraġġiti mill-goal kmieni li skorjaw biex b’daqsxejn aktar attenzjoni setgħu anke għamlu ċert mit-tliet punti ferm qabel it-tisfira finali tar-referee Trustin Farrugia Cann.

    Iż-żewġ naħat damu ftit biex qagħdu tant li kellna nistennew sa l-20 minuta biex naraw l-ewwel azzjoni denja meta Temile temm azzjoni personali b’xutt li l-goalkeeper Naxxari Azzopardi mblokka tajjeb.

    Imbagħad, Naxxar reġgħu resqu qrib bi cross minn fuq ix-xellug ta’ Emenike li Vella naqas li jolqot bir-ras, waqt li freekick mogħti minn Gilmar ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Farrugia.

    Fit-tieni taqsima Qormi ħarġu fuq l-attakk u marru fil-vantaġġ fl-ewwel azzjoni li ħolqu, fit-48 minuta, meta Effiong żmarka lil JOE CHETCUTI li antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper Azzopardi, qabżu u tefa’ l-ballun fix-xibka.

    Naxxar naqsu li jwettqu reazzjoni, anzi kienu Qormi li reggħu heddew meta, minn pass ta’ Bondin, Effiong ixxuttja fil-baxx imma Azzopardi nterċetta tajjeb.

    Qormi baqgħu fuq l-attakk u minn cross ta’ Chetcuti, Temile minn qagħda tajba naqas li jinterċetta bir-ras biex iċ-ċans intilef.

    Ftit ftit Naxxar bdew iżidu fl-isforzi tagħhom u Emenike ttanta xortih b’xutt imkaxkar minn barra l-kaxxa li Farrugia salva tajjeb.

    L-istess Emenike dendel ballun fil-kaxxa li Vella ma laqatx tajjeb bil-ballun jgħaddi tul il-lasta u jispiċċa ftit barra.

    Chetcuti kellu fejn jagħlaq il-logħba għal Qormi meta nġieb waħdu minn Effiong, imma minn qagħda ideali xxuttja għoli.

    Naxxar, min-naħa tagħhom baqgħu jipprovaw b’Emenike l-aktar attiv għalihom tant li ttanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa li għadda kemm kemm barra.

    Minuta mit-tmiem Effiong qassam lis-sostitut Bjorn Bondin, li però ġie antiċipat fil-ħin mill-goalkeeper Azzopardi.

    QORMI: 1-Matthew Farrugia, 22-Jonathan Bondin, 6-Mauricio Matias Latini Mazzetti, 19-Emerson Vella, 21-Duncan Pisani, 9-Steve Agius (5-Roderick Sammut 72),, 10-Joseph Chetcuti (4-Bjorn Bondin 84),, 37-Michele Anderson Santos Quatrochi, 20-Zoran Levnaic, 11-Alfred Effiong, 8-Frank Temile (29-Pietro Viggiani 90), - Coach: Josef Mansueto

    NAXXAR L.: 1-Julian Azzopardi, 20-Angus Buhagiar, 14-Gilmar Da Silva Ribeiro, 18-Pablo Doffo, 22-Uchenna Mbachu Emenike, 10-Daren Falzon (11-Duane Bonnici 76),, 19-David Fenech, 5-Sydney Fraga Nevy Da Silva (16-Jurgen Debono 46),, 21-David Alejandro Reano, 4-Andrew Scicluna, 7-Terence Vella - Coach: Winston Muscat

    REFERI: Trustin Farrugia Cann

    ASS. REFERIS: Mitchell Scerri, David Castillo

    RABA’ UFFIĊJAL: Mario Apap

    SKORER: J. Chetcuti 48

    AMMONITI: E. Vella, D. Pisani, M. Anderson Quatrochi, Z. Levnaic (Q),, G. Da Silva Ribeiro (N),

    PLAYER TAL-LOGĦBA: Alfred Effiong (Qormi),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    2