Se jiddaħlu Malta 80 immigrant ieħor

  • Set 11, 2012 21:55
  • Miktub minn

    Fil-ħin li ġej mistennija jiddaħlu Malta mat-80 immigrant irregolari ieħor. Minn dawn 60 huma rġiel (tnejn adoloxxenti), u 20 nisa. Jirriżulta li dawn l-immigranti ma riedux jidħlu Malta.

    Fil-fatt, dalgħodu, għal ħabta tal-10.30 patrol boat tal-forzi armati rat dgħajsa li possibilment kienet qiegħda ġġorr immigranti. Dan kien 35 mil nawtiku fin-naħa ta' isfel ta' Malta. Immedjatament ħarġet il-patrol boat P-52. Iżda, l-għan tal-immigranti kien li jibqgħu sejrin bil-vjaġġ lejn in-naħa ta’ fuq. Qalu li ma kienx hemm bżonn għajnuna u fil-fatt baqgħu sejrin. Iżda meta kien għadhom 16-il mil nawtiku n-naħa ta’ isfel ta’ Malta fid-dinghy li kienu fuqu beda jidħol l-ilma u għalhekk ittieħdet id-deċiżjoni li l-immigranti jkunu trasferiti fuq il-patrol boat tal-armata u jiddaħħlu Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0