Floriana jiffaċċjaw lil Elfsborg f’logħba bla interess

  • Lul 09, 2012 21:27
  • Miktub minn

    Wara d-disfatta tal-ġimgħa li għaddiet fl-Isvezja, għada t-Tlieta Floriana jiltaqgħu kontra Elfsborg tal-Isvezja b’dawn tal-aħħar jibdew b’vantaġġ ta’ 8-0 li huma kisbu fl-ewwel leg.

    Bħal fil-każ ta’ Valletta, din il-logħba wkoll tista’ titqies bħala waħda ta’ formalità fejn id-differenza bejn iż-żewġ timijiet hija waħda evidenti, fejn ċertament li l-għan ewlieni tal-Greens huwa dak li ma jsofrux umiljazzjoni oħra f’pajjiżna, fl-istess waqt biex ma jirrepetux it-telfa li sofrew fl-istaġun li għadda fl-istess kompetizzjoni kontra AEK Larnaca (0-8),.

    Fit-telfa barra minn xtutna, il-Greens, li għadhom mingħajr kowċ, bdew b’din il-formazzjoni: Jurgen Borg, Brooke Farrugia, Thomas Paris, Manolito Micallef, Christian Caruana, Ivan Woods, Duncan Pisani, Joseph Borg, Francesco Guzman, Tyrone Farrugia u Clyde Borg filwaqt li Jermain Brincat, Sacha Borg u Ryan Darmanin ġew utilizzati bħala sostituti.
    Minn dawn, Farrugia se jkun sospiż wara li tkeċċa fl-istess logħba, filwaqt li Joseph Borg huwa dubjuż minħabba injury.
    Il-bidu tal-istaġun għal Greens xejn ma kien wieħed pożittiv meta minbarra t-telfa li sofrew fl-Isvezja, fil-Euro Challenge Cup huma kellhom wirjiet diżappuntanti tant li mit-tliet logħbiet li lagħbu, huma ma kisbu l-ebda punt tant li huma tilfu kontra l-ġirien Valletta bl-iskor ta’ 2-1, sofrew telfa oħra kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 3-0 kif ukoll tilfu l-aħħar logħba 3-0 kontra Hibernians.
    Min-naħa tal-Isvediżi, dawn mhux mistennija li jsibu problemi biex jiksbu l-kwalifikazzjoni fejn fit-tieni rawnd preliminari jiltaqgħu mar-rebbieħ bejn Dacia u Celje.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0