Manchester United iridu lil Mehdi Benatia

  • Aww 17, 2014 08:38
  • Miktub minn
"

    Wara t-telfa ta’ 2-1 konta Swansea City, f’Old Trafford, fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier Ingliż, il-coach ta’ Manchester United, l-Olandiż Louis van Gaal, mill-ewwel beda bit-tfittxija ta’ difensur hekk kif fi żmien ġimagħtejn oħra jagħlaq is-suq tat-trasferimenti.

    Għaldaqstant huwa xeħet l-attenzjoni tiegħu fuq id-difensur ċentrali internazzjonali Marokkin ta’ AS Roma, Mehdi Benatia.

    Ir-Red Devils qed jippreparaw offerta ta’ £24 miljun biex jakkwistaw lil dan il-player ta’ 27 sena. Iżda filwaqt li l-club Taljan irid £30 miljun, għad mhux deċiż jekk Benatia jrid jingħaqad mar-Red Devils minħabba li jrid jilgħab fil-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League.

    Min-naħa l-oħra, il-United għadhom iridu lid-difensur xellugi internazzjonali Arġentin ta’ Sporting Lisbon, Marcos Rojo, li jinsab sospiż mill-club wara li talab biex jiġi trasferit biex jingħaqad magħhom.

    Iżda filwaqt li l-offerta ta’ Manchester United hija dik ta’ £15-il miljun, it-talba ta’ Sporting Lisbon hija dik ta’ £24 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0