Liverpool jippreżentaw lil Alberto Moreno

  • Aww 17, 2014 08:23
  • Miktub minn
"

    Tard il-bieraħ, Liverpool ippreżentaw b’mod uffiċjali lid-difensur internazzjonali Spanjol, Antonio Moreno, li għadhom kif akkwistaw mingħand Sevilla għal £12-il miljun.

    Dan il-player ta’ 22 sena, matul is-sena li għaddiet rebaħ il-UEFA Europa League ma’ Sevilla kif ukoll kien il-captain tal-iskwadra Spanjola ta’ Taħt il-21 sena li matul is-sena li għaddiet ukoll rebħet il-Kampjonat Ewropew.

    Huwa qal li bħalissa qed jgħix f’sitwazzjoni stramba minħabba li għadu kif ħalla lill-club li trabba u għex fih, li iżda, daqstant ieħor jinsab motivat li ingħaqad ma’ wieħed mill-aqwa clubs fid-dinja.

    Moreno kompla biex qal li Liverpool huwa l-aqwa club fl-Ingilterra li għandu l-aqwa partitarji u jinsab ħerqan ħafna biex jifforma parti mill-iskwadra biex ikun jista’ jesperjenza l-innu tant magħruf “You’ll Never Walk Alone”.

    Fl-aħħarnett sostna li kienu l-ex players ta’ Liverpool, Xabi Alonso u Pepe Reina, li ispirawh biex jingħaqad mar-Reds.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0