Il-Papa jiddikjara beati lil 124 martri Korean

  • Aww 16, 2014 13:15
  • Miktub minn
"

    Dalgħodu l-Papa Franġisku mexxa quddiesa fil-beraħ f'Seoul, il-Korea ta' Isfel, li matulha ddikjara beati lil 124 Korean li mietu martri fis-sekli 18 u 19.

    Dan huwa t-tielet jum mill-ħamsa taż-żjara tal-Papa fil-Korea ta' Isfel – l-ewwel żjara tiegħu fl-Asja minn meta sar Papa f'Marzu tas-sena li għaddiet. Mijiet ta' eluf ta' nies attendew għall-quddiesa fil-pjazza ta' Gwanghwamun.

    Ilbieraħ il-Papa ltaqa' ma' wħud minn dawk li baqgħu ħajjin fit-traġedja tal-vapur tal-passiġġieri li għereq fil-Korea ta' Isfel f'April li għadda. Iltaqa' wkoll ma' wħud mill-qraba tal-vittmi, li b'kollox kienu jlaħħqu għal aktar minn 300.

    F'din iż-żjara qed tkompli tispikka l-'umanità' ta' dan il-Papa, li lbieraħ waqt laqgħa ma' eluf ta' żgħażagħ waqaf f'nofs id-diskors li kellu ppreparat u qal li ma xtaqx ikompli jaqra iżda xtaq “jitkellem mill-qalb”. Huwa sab ukoll il-ħin biex jieħu diversi ritratti ma' żgħażagħ li talbuh jipproża magħhom għal stessu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0