Karozza Ferrari tinbiegħ għal somma rekord

  • Aww 16, 2014 11:57
  • Miktub minn
"

    Karozza rari tal-Ferrari inbiegħet għas-somma rekord ta' €28.5 miljuni fi rkant li sar f'Carmel, California.

    Il-karozza hija Ferrari 250 GTO Berlinetta li ħarġet fl-1962. Minn dan il-mudell kienu saru biss 39 karozza u d-dilettanti tal-Ferrari jemmnu li dan hu wieħed mill-aqwa mudelli li qatt ħarġet il-kumpanija.

    Il-karozza li nbiegħet fl-irkant kienet id-19-il waħda li ħarġet minn dawk id-39 u kienet ilha għand familja kunjomha Violati mill-1965. Din hija l-istess karozza li fl-1962 kienet qed tieħu sehem f'tellieqa u kellha inċident li fih is-sewwieq tagħha, Henri Oreiller, tilef ħajtu.

    Folla kbira nġabret biex issegwi l-irkant u nfexxet iċċapċap hekk kif tħabbar il-prezz finali. Ir-rekord preċedenti għal karozza mibjugħa fi rkant kien dak tas-sena li għaddiet għal Mercedes-Benz W196 R F1 Racer tal-1954.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0