Tkompli l-ħidma biex tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku... jista' jerġa' jkun hemm qtugħ f'xi nħawi

  • Aww 14, 2014 15:44
  • Miktub minn

    Filwaqt li qalet li qed taħdem biex tipprovdi konnessjonijiet alternattivi għall-inħawi ta’ madwar iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Marsa u tiżgura s-sigurtà tal-provvista lill-klijenti f’dan ir-reġjun, l-Enemalta avżat li fil-jiem li ġejjin jista' jerġa' jkun hemm qtugħ ta' dawl f'xi nħawi.

    Il-korporazzjoni qalet fi stqarrija li l-inħawi li kienu mqabbda mal-cables u l-apparat li sofrew ħsarat bin-nirien ta’ nhar it-Tlieta kellhom jingħataw il-provvista b’mod temporanju permezz ta’ konnessjonijiet oħrajn. Dan sar biex il-klijenti f’dawn l-inħawi jerġa’ jkollhom l-elettriku fl-inqas ħin possibbli.

    Madankollu, dan l-intervent ta’ emerġenza qed iżid il-pressjoni fuq partijiet oħra tal-grid fl-istess reġjun. Għalhekk, l-Enemalta tixtieq tavża lill-klijenti tagħha li fil-jiem li ġejjin jista’ jkun hemm qtugħ ta’ dawl f’xi nħawi li jieħdu l-provvista tagħhom mill-istess ċentru ta’ distribuzzjoni.

    Il-ħsarat estensivi f’dan iċ-ċentru affettwaw uħud mill-modi alternattivi ta’ kif l-elettriku jitwassal għand il-klijenti f’dawn l-inħawi. L-Enemalta għalhekk qed taħdem biex ikollha konnessjonijiet alternattivi oħrajn ħalli tkun f’qagħda aħjar li tilqa’ għal ħsarat oħra li jistgħu jinqalgħu, mingħajr ma taffettwa l-provvista. Din il-ħidma qed tgħin ukoll biex treġġa’ lura l-flessibilità u l-istabilità tal-grid u tnaqqas il-pressjoni minn fuq konnessjonijiet li qed jintużaw bħalissa. L-Enemalta qed talloka riżorsi addizzjonali biex tappoġġja din il-ħidma u twettaqha kemm jista’ jkun malajr.

    L-Enemalta tixtieq ukoll tagħraf u tfaħħar il-ħidma tal-impjegati tagħha li mill-ewwel irrispondew għall-emerġenza ta’ nhar it-Tlieta filgħaxija u għadhom qed jistinkaw il-ħin kollu biex iwettqu l-ħidma meħtieġa u jagħtu lura l-provvista lill-klijenti.

    Waqt li terġa' tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent, l-Enemalta ttenni l-impenn tagħha li tkompli tinvesti fis-sistemi ta’ ġenerazzjoni u distribuzzjoni tal-elettriku tagħha biex iżżid il-flessibilità u tnaqqas ir-riskju ta’ diffikultajiet fil-provvista.

    Għal aktar għajnuna l-klijenti tal-Enemalta huma mħeġġa jikkuntattjaw lit-tim tal-Customer Care tal-Enemalta fuq 8007 2224 jew customercare.emc@enemalta.com.mt. Aktar tagħrif dwar l-Enemalta jinsab fuq is-sit www.enemalta.com.mt.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Aww 14, 2014

    Napprezza il-hidma tal-haddiema

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 14, 2014

    Kif tista l ene malta tejdlek meta se jinqata id dawl,dawn xafarijiet huma,kemm qiedin tistenew mirakli issa.x kull mistoqsija din,mel xi hadd jipjana biex jinqata id dawk,ara kieku ha isewwu iva. int tista tejdilna meta se tikser sieqek habib.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 15, 2014

    kas phal li gara u at em hsara kbira iva jistu javzaw meta ha jaqtawh bix jirangaw lafarijiet.ima mux meta jkun adej kolox sew u jinqata dawl ek ovja li ma jistux javzaw qabel.naqa common sens ijrid ikolok

    Irrispondi