Żagħżugħ ta' 17 mixli li attakka erba' pulizija

  • Aww 14, 2014 15:04
  • Miktub minn
"

    Tfajjel ta' 17-il sena ġie mixli li dalgħodu, f'xi t-3.00, attakka u hedded lil erba' pulizija f'Paceville.

    Iż-żagħżugħ minn San Pawl il-Baħar, li ma jistax jissemma b'ismu billi għadu taħt l-età, kien involut f'argument ma' diversi uffiċjali tas-sigurtà li ma ħallewx jidħol f'xi klabbs f'Paceville. Kien għalhekk li intervenew il-pulizija.

    L-Ispettur Elton Taliana qal fil-Qorti li waqt li lill-imputat kienu qed isirulu xi mistoqsijiet mill-pulizija, huwa beda jheddidhom u jattakkahom.

    Iż-żagħżugħ wieġeb li mhux ħati. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €2000.

    Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli, ordnatlu li ma jersaqx lejn Paceville jew San Ġiljan, li ma joħroġx mid-dar f'ċerti ħinijiet, u li jmur jiffirma fl-għassa darbtejn f'ġimgħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    9