Aġġornat (2),: Tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta' Lisa Marie Zahra

  • Aww 14, 2014 10:47
  • Miktub minn
"

    PC Patrick Farrugia xehed li kien ġie nominat bħala espert tax-xena tar-reat. Mar f’fond fin-Naxxar biex jeżamina l-kamra tas-sodda tal-vittma. Minn hemmhekk huwa eleva dokumenti u affarijiet oħra. Fuq is-sodda kien hemm test tat-tqala użat.

    Ġew elevati wkoll investa bajda u ħamra, quilt, u żewġ lożor bojod. Minn banju tal-plastik eleva qalziet ta’ taħt u par kalzetti roża.

    Ix-xhud qal li teddy bear ma ġiex elevat, imma jista' jkun li kien fil-kamra. Żied jgħid li meta wasal fuq il-post sab membri tal-Vice Squad qed jagħmlu tfittxija. Huwa kellu x’jaqsam biss ma’ oġġetti relevanti għall-forensika.

    Wara huwa mar l-għassa tan-Naxxar fejn ġie kkonsenjat b’dokument li kien jikkonsisti f’sigaretti u sigaretti tal-brim kif ukoll borża b'ħaxix aħdar niexef.

    Il-Prosekuzzjoni ddikjarat li m'għandhiex aktar xhieda. Il-kawża ġiet differita għall-25 ta' Settembru.

    11:09: Silvano Portelli mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili xehed li ssejjaħ biex imur Ħad Dingli għax kien daħal rapport li persuna qabżet. Huwa baqa' fuq l-irdum. Kien hemm diġà ħelikopter li kien qiegħed jassisti persuna fuq il-blat.

    Portelli qal li l-persuna li ttellgħet kellha ftit leħja. Din il-peruna kienet muġugħa f'ġenbha u bdiet tgħid, "Ajma, ajma." Mill-bqija Portelli ma semagħha tgħid xejn.

    It-tieni persuna li ttellgħet kienet bla ħajja, qal Portelli.

    Aktar qabel: Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli dalgħodu qed tkompli tinstema' l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Erin Tanti, l-għalliem ta' 23 sena mixli li qatel lil Lisa Marie Zahra, studenta ta' 15-il sena, u li għenha tikkommetti suwiċidju. Zahra nstabet bla ħajja taħt l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli fid-19 ta' Marzu li għadda.

    L-ewwel xhud tal-lum kienet Juliana Scerri Ferrante li ġiet nominata mill-Maġistrat tal-Għassa biex tagħmel paragun bejn diversi dokumenti allegatament tal-imputat u tal-vittma. Hija esebiet id-dokumenti, fosthom djarju. Qalet li l-ittra li ġiet mgħoddija lilha rriżulta li nkitbet minn Lisa Zahra. Dan wara li ġiet imqabbla mal-kalligrafija tal-vittma.

    Emanuel Psaila mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili xehed li fid-19 ta' Marzu hu u l-ARO Stephen Camilleri ssejħu mill-pulizija biex jiftħu appartament fil-Belt.

    "Aħna pparkjana l-vettura fit-triq. Poġġejna s-sellum mal-faċċata, flimkien ma’ pulizija. Bi skalpell għollejna l-ganġetta tal-bieb tal-gallarija. Imbagħad infetaħ il-bieb ta’ barra biex il-Pulizija jkunu jistgħu jidħlu," qal Psaila.

    Stephen Camilleri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li daħal fl-appartament b'sellum mill-gallarija, wara li bi skalpell ittellgħet il-ganġetta. Żied jgħid li hu daħal ġewwa ma' pulizija. Fl-appartament ma kienx hemm nies u l-bieb ta’ barra kein magħluq.

    Inkomplu naġġornawkom fil-ħin li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0