Triq pubblika tibqa' mhux aċċessibbli f'Marsalforn

  • Aww 14, 2014 10:02
  • Miktub minn
"

    Triq is-Sajjieda f’Marsalforn, li hija triq pubblika, għadha mblokkata illegalment u mhix aċċessibbli wara li baqa’ kollox passiv mill-Awtorità Maltija tal-Ambjent u l-Ippjanar, li baqgħet ma nforzatx deċiżjoni tagħha stess.

    Din it-triq hija ‘schemed road’ u għalhekk trid tinfetaħ għall-pubbliku. Fil-fatt it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar kien ordna biex ħajt u xatba li tqiegħdu u qegħdin jostakolaw l-aċċessibbiltà tat-triq, jitneħħew.

    Din il-kwistjoni issa ilha tkarkar is-snin għax id-deċiżjoni baqgħet ma ġietx inforzata u għalhekk it-triq għadha mhix aċċessibbli, b’detriment għaċ-ċittadin li jrid jużaha.

    Minkejja d-deċiżjoni tat-Tribunal, fit-triq li ngħalqet illegalment sar ukoll xogħol ta’ tħammil li jista’ joħloq periklu. Fil-fatt wara li r-residenti u ċittadini li huma impeduti milli jużaw din it-triq insistew bl-ilmenti tagħhom u anke dwar li kienu qed jiġu njorati, għaddiet xi korrispondenza mal-MEPA fejn il-Perit Alexander Borg, bħala Direttur tal-Inforzar tal-MEPA, qal li jekk il-ħajt illegali jitneħħa, allura l-pubbliku jkun espost għall-periklu maħluq mill-iżvilupp tat-tħammil.

    Iżda r-residenti qegħdin jinsistu li huma mxebbgħin bil-ġbid tas-saqajn u sostnew li l-MEPA għandha l-poter li mhux biss tinforza u twettaq ġustizzja iżda wkoll li taġixxi biex fejn hemm il-periklu jitneħħa jew ikun salvagwardjat iċ-ċittadin. Ir-residenti qegħdin jinsistu li mhux biss il-MEPA hija fl-obbligu li tneħħi l-ħajt u x-xatba li saru illegalment iżda fejn qed tgħid hemm il-periklu bil-ħofra, din timtela jew isir ‘hoarding’ dwarha.

    Il-każ imur lura għal Diċembru tal-2008 wara li diretturi ta’ Gozo Hotels Company għalqu daħla li tagħti minn Triq Għar Qawqla għall-inħawi ta’ Triq is-Sajjieda, liema daħla hija ‘schemed road’ mill-MEPA.

    Għadd ta’ residenti ffirmaw ukoll petizzjoni kontra dan l-iżvilupp illegali u dan billi n-nuqqas ta’ użu ta’ din it-triq qegħdin isibu ruħhom fi skumditajiet.

    Tant li jekk parti minn Triq ix-Xagħra tkun imblokkata minħabba xi xogħlijiet bħalma ġieli kien il-każ, biex jidħlu fi Triq is-Sajjieda jew inkella f’Marsalforn stess, ir-residenti jkollhom jew jieħdu dawra ta’ madwar erba’ kilometri billi jgħaddu mix-Xagħra biex imbagħad jaslu fi triqithom.

    Ir-residenti issa qegħdin jinsistu li għejew jitħabtu biex it-triq, li hija waħda meħtieġa, tinfetaħ u qegħdin jappellaw lill-awtoritajiet biex l-ilmenti tagħhom ma jibqgħux jaqgħu fuq widnejn torox.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    6