Id-deliveryman li l-ġimgħa li għaddiet “ħarab” bix-xirjiet mill-ġdid fil-Qorti

  • Aww 13, 2014 13:26
  • Miktub minn
"

    Id-deliveryman li l-ġimgħa li għaddiet kien irrappurtat nieqes wara li ma marx b'xirjiet għand xi klijenti u li tressaq il-Qort dwar dan il-każ, reġa' mill-ġdid tressaq il-Qorti dwar każ ieħor.

    Brendan Cachia, li għandu 27 sena u huwa mill-Birgu, illum tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina u li kiser provvedimenti mogħtija b'sentenza tal-Qorti, li sar riċediv u li kiser il-libertà proviżorja li kienet ingħatat lilu sitt ijem ilu mill-Qorti tal-Maġistrati.

    Fil-Qorti kemm l-Ispettur Robert Said Sarreo, li mexxa l-Prosekuzzjoni, kif ukoll l-avukat Yana Micallef Stafrace, li qed tidher għall-imputat, qalu li Cachia għandu problema kbira tad-droga u li jinsab f'ċirku vizzjuż. Qalu li l-imputat jixtieq li jmur il-ħabs biex hemmhekk jibda programm u jipprova joħroġ mill-problema.

    Cachia ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ġie kkundannat sentejn ħabs effettivi li matulhom se jagħmel programm kontra l-abbuż tad-droga.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0