Il-Parlament jibda jiddiskuti l-emendi fil-liġi elettorali

  • Lul 09, 2012 20:39
  • Miktub minn Owen Galea

    Il-Parlament beda jiddiskuti u approva fl-istadju tat-tieni qari diversi emendi fil-liġi elettorali, fosthom dik li ż-żgħażagħ li jagħlqu 18-il sena sal-jum tal-elezzjoni ġenerali jkunu jistgħu jivvotaw.

    Meta kien qiegħed iressaq dawn l-emendi, il-Ministru Chris Said qal li b’din l-emenda fl-elezzjoni ġenerali li jmiss jistgħu jibbenifikaw mal-2,700 żagħżugħ/a. Huwa żied jgħid li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss jista’ jkun hemm mat-3,000 votant ġdid.

    Dwar din l-emenda qal li llum jistgħu jivvotaw dawk li għalqu 18-il sena u li isimhom ikun imniżżel fir-reġistru elettorali li jkun ippubblikat f’Ottubru u f’April.

    Qal li bl-emenda inkwistjoni mat-tħabbira tad-data tal-elezzjoni, il-Kummissjoni Elettorali se tippubblika reġistru elettorali rivedut u se tinkludi lil dawk kollha li jagħlqu 18-il sena sad-data tal-elezzjoni.

    Dwar it-tieni emenda qal li din tirrigwardja lil dawk li huma rreġistrati Għawdex. Qal li persuna li għandha l-vot reġistrat Għawdex se tkun tista’ tiġbor il-vot f’Malta minflok Għawdex u vice-versa. Qal li preżentament it-tqassim tal-voti f’Għawdex isir mill-Pulizija, u wara jkun jista’ jinġabar mill-għasses u l-Kunsilli Lokali u wara mill-uffiċċju elettorali f’Għawdex.

    Dwar it-tielet emenda qal li din tagħti l-fakulta biex il-pazjenti jivvotaw fl-isptarijiet. Qal li bħalma jsir f’San Vinċenz de Paul, il-pazjenti li se jkunu rikoverati fl-Isptar Mater Dei, f’Karin Grech, fl-Isptar Generali ta’ Għawdex u Monte Carmeli se jkunu jistgħu jivvotaw fl-isptarijiet inkwistjoni. Qal b’din l-emenda hemm bżonn li l-liġi taħseb biex ir-reġistru elettorali jkun aġġornat kontinwament. Qal li inkarigat mill-monitoraġġ se jkun il-kumitat innominat biex imexxi l-elezzjoni f’San Vinċenz de Paule.

    Qal li bħalma jsir f’San Vinċenz de Paule se jkun hemm 13-il kaxxa u l-votazzjoni se ssir il-Ġimgha bħalma ssir il-votazzjoni tal-Assistenti Kummissjonarji.

    Emenda oħra hija dik li tinbidel id-definizzjoni taż-żona li trid tibqa’ ħielsa fejn hemm il-postijiet tal-votazzjoni. Qal li l-50 metru se jibdew jgħoddu mill-bieb tal-post tal-votazzjoni u hekk se titnaqqas konsiderevolment ż-żona ristretta.

    Min-naħa tiegħu d-deputat Laburista Michael Falzon li qal li l-Partit Laburista jaqbel mal-emendi proposti, u ssuġġerixxa wkoll li fl-advanced voting jinkludu wkoll lill-Assistenti Kummissjonarji, u lit-tmien Kummissjonarji Elettorali.

    Il-Kamra kompliet tiddiskuti dawn l-emendi fi stadju ta' Kumitat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook