Wirja ta’ dubbien tal-frott b’karatteristiċi umani

  • Set 11, 2012 15:11
  • Miktub minn

    Ftit huma dawk li jafu li d-dubbiena tal-frott hi mudell ta’ organiżmu li jintuża ħafna għar-riċerka bioloġika fl-istudji ġenetiċi ta’ għadd ta’ mard li jolqtu l-bniedem, bħalma huma l-Parkinson’s u l-Alzheimer’s diseases. Id-dubbiena tal-frott qed tintuża wkoll biex ikun studjat x’jikkawża x-xjuħija, l-immunità, id-diabete, il-kanċer, kif ukoll l-abbuż tad-droga. Bħalissa, fl-Università ta’ Malta, Ruben Cauchi qed juża d-dubbiena tal-frott biex jistudja mard li jeffettwa lill-muskoli tal-bniedem.

    Wieħed jista’ jsir jaf aktar dwar id-drawwiet bioloġiċi tad-dubbien tal-frott permezz ta’ skulturi li nħolqu mill-artista Liliana Fleri Soler għall-Festival bl-isem ta’ ‘Ix-Xjenza fil-belt Valletta’ li se jsir għall-ewwel darba l-Belt, il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru. Liliana ħolqot dubbien tal-frott tal-kartapesta, mgħola sitt piedi, f’għadd ta’ pożizzjonijiet ta’ namrar, simili għall-aġir tal-bnedmin. Dan ix-xogħol artistiku ispirat mix-xjenza se jkun esibit fi Triq il-Merkanti, faċċata tal-Berġa tal-Italja.

    Ippreżentati f’pożizzjonijiet differenti x-xogħol ta’ Liliana juri lid-dubbien f’pożizzjonijiet simili għal dawk tal-bnedmin. Fil-fatt, mudell minnhom juri dubbiena femminili qed tieħu drink waqt li qed tkun ikkorteġġjata minn insett maskili. L-artista sebbħet id-dubbien femminili b’aċċessorji ħelwin, bħalma huma ħendbeg ħadrani żgħir u par żarbun roża. Il-kollezzjoni tagħha tista’ titqies bħala studju tal-aġir ta’ dawn il-ħlejjaq żgħar li taw ispirazzjoni lix-xogħol artistiku tagħha.

    L-iskulturi ta’ Liliana, li qed ikunu kkurati minn Lily Agius, juru xi similaritajiet mal-aġir tal-bnedmin matul il-fażi tal-innamrar (courtship),. Meta dubbien tal-frott maskili jaraw dubbiena femminili attraenti, tal-ewwel jippożizzjona ruħu b’tali mod li jkun jidher sew. Wara jibda jmissha biex jibgħatilha sinjali, u jdur magħha ‘ikantalha’ billi jivvibra ġwienħajh. Jekk id-dubbiena tal-frott femminili tagħti l-kunsens tagħha, ir-raġel itir fuq daharha.

    ‘Ix-Xjenza fil-belt Valletta’ hi parti minn ċelebrazzjoni msejjħa Researchers’ Night (Lejlet ir-Riċerkaturi), mifruxa madwar l-Ewropa kollha. Din iċ-ċelebrazzjoni, li ssir kull sena fir-raba’ ġimgħa ta’ Settembru, għandha l-għan li tressaq lill-pubbliku u lir-riċerkaturi u xjentisti flimkien permezz ta’ arti, mużika u teatru, kollha ispirati mix-xjenza.

    Il-festival “Science in the City” għandu l-appoġġ tal-Programm EU FP7 u l-Malta Arts Fund. L-attività qed tkun ikkoordinata mill-Università ta’ Malta, bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-MEUSAC, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, Where’s Everybody, Malta Chamber of Scientists, Notte Bianca, iCreatemotion, Lily Agius Gallery, il-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru ta’ Kreattività u Research, Innovation and Development Trust (RIDT), tal-Università ta’ Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook