Deal Today    Home Finder    myCard    



Aġġornat (2),: Ma jappoġġjax lill-gvern b'Gatt fil-kabinett

  • Set 10, 2012 22:24
  • Miktub minn

    Id-deputat Nazzjonalista Franco Debono llejla qal li ma kienx offrut biss il-kariga ta’ Segretarju Parlamentari taħt forma oħra. “Xebgħu joffruli,” qal Franco Debono meta kien intervistat minn Miriam Dalli.

    “Xebgħu joffruli… Li nkun delegat speċjali bħal Simon Busuttil,” żvela Debono. Iffaċjat bid-dikjarazzjoni tal-preżentatriċi dwar kif jista’ jargumenta li hu kien eskluż meta saru dawn l-offerti qal li dawn kienu biss riżultat tal-pożizzjonijiet li ħa hu. “Offrewli... mhux mill-qalb imma meta ħadt ċertu pożizzjoni,” qal Debono. Fl-istess programm Debono reġa’ tkellem dwar l-offerta li qal li saritlu qabel il-vot fuq Carmelo Mifsud Bonnici.

    “L-ewwel ipprovaw jgħalquli ħalqi b’dan il-mod,” qal Debono. Żied jgħid li ħaseb li l-offerti kienu qegħdin isiru biex jgħin, iżda mbagħad irrealizza, qal Debono, li kieku emmnu li seta’ jimplimentahom setgħu tawh iċ-ċans iwettaq dawn ir-riformi xorta waħda. Debono nsista li hemm dokument li jipprova dan kollu. Qal ukoll li fuq kollox m’hemmx bżonn dan id-dokument għax kien il-Prim Ministru nnifsu li fuq it-Times of Malta kien ikkonferma li kienu qegħdin isiru xi negozjati. Minkejja dan, il-Prim Ministru kien ċaħad permezz ta’ stqarrija li saru offerti lil Debono.

    Fl-istess programm, Franco Debono kkonferma li għad għandu l-ħsieb li jressaq il-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar. Debono kellu kritika għall-mod kif meta titressaq mozzjoni ta' sfiduċja jkun hemm l-akkużi li din għandha għanijiet personali. "Il-mozzjoni ta' sfiduċja jiena għandi l-ħsieb li nressaqha," tenna Debono.

    B'Austin Gatt fil-parlament ebda appoġġ għall-gvern

    Għal darba oħra Franco Debono reġa’ nsista li mhux se jkun qiegħed jappoġġja lill-gvern sakemm Austin Gatt jibqa’ fil-Kabinett. Debono qal li se jkun qiegħed iżomm iebes mal-pożizzjoni tiegħu u dan anke b’rabta mal-voti tal-baġit, jekk dan jitressaq. Kien hawn li elenka dawk li hu ddeskriva bħala l-fallimenti ta' Austin Gatt.

    Franco Debono tkellem dwar kif filwaqt li hemm diversi liġijiet li qegħdin ikunu mħabbra l-parlament qiegħed “bl-itwal vaganza fl-istorja.” Huwa akkuża wkoll lit-tmexxija bi “strateġija biss, ħafna spin u sustanza xejn.” Debono qal li kien ilu li ddeċieda li ma jridx ikun kandidat imma ried li d-deċiżjoni tittieħed “minnhom.”

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Set 10, 2012

    prosit hafna franco debono ax titkellem sewwa u andek ragun hafna. nisperaw li isa meta tigi as si u no izomm il punt u tivvotta kontra l gvern mhux tastjeni ax dawn qatt ma kienu jafulek lilek

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 11, 2012

    FRANCO - Paroli Si Fatti No

    Irrispondi

It-Temp

FINE NIGHT
24℃
27/07/2016 03:08

  •  

Facebook