Bejn fares u traġedji

  • Set 08, 2012 19:12
  • Miktub minn

    L-artiklu ppubblikat nhar il-Ġimgħa dwar żewġ persuni taparsi jiġġieldu mingħajr ħwejjeġ fit-toroq ta’ Paceville, saħansitra wieħed minnhom għarwien ħuta, reġa’ fakkarna fil-ħtiġijiet partikolari li għandu dan il-post. Mhux l-ewwel darba li dan il-post ikun diskuss. Iżda, wara kull inċident (ħafna minnhom traġiċi ferm iktar minn din il-farsa), nintebħu li bejn diskussjoni u oħra ftit jiċċaqalqu l-affarijiet.

    Fid-9 ta’ Awwissu kkwotajna lil Fr Saviour Grima, li jmexxi l-Millenium Chapel ta’ Paceville, jgħid li l-vjolenza fil-post qiegħda tiżdied u li l-awtoritajiet huma kajmana. Għaddew ftit jiem u smajna bi qtil li lanqas xi direttur tal-films ma kien jimmaġinah.

    Dak li ppublikajna l-Ġimgħa, anke jekk jidher redikolu u għal xi wħud ma kienx aħbar, għandu jkompli jiftħilna għajnejna dwar kif qiegħed jiżviluppa l-post fejn it-tfal (iva, it-tfal għax ta’ 13 u 14-il sena tfal tkun), u ż-żgħażagħ tagħna qegħdin imorru jiddevertu.

    Fuq kollox hemm kwistjoni li tħassibna ferm. Din hija l-istat ta’ nuqqas ta’ sigurtà f’Paceville. Is-sitwazzjoni f’Paceville mhijiex aktar sostenibbli. Għar-residenti l-ħajja qiegħda ssir iktar diffiċli ma kull sajf li jgħaddi. L-isfida li qegħdin joħolqu l-istudenti barranin hija waħda reali li jitkellmu dwarha ta’ spiss. Storbju, ġlied u n-nuqqas ta’ manjieri saru l-ordni tal-ġurnata. Ir-residenti ma jridux joqogħdu fi djarhom minħabba l-istorbju, iżda jippereferu jibqgħu hemm minħabba raġunijiet ta’ sigurtá

    Jiddispjaċina ngħidu li min-naħa tal-awtoritajiet ma rajna xejn għajr diskors li ma wassal imkien.

    Intqal mill-gvern li se jkun hemm pjan għal Paceville. X’fehmu b’dan il-pjan għadna sal-lum ma nafux. Pjan ta’ tisbiħ? Jista’ jkun. Imma Paceville għandu bżonn iktar minn hekk. Għandu bżonn lill-istakeholders kollha flimkien biex issir pjan ta’ kif iż-żona għandha tiżviluppa, x’tiflaħ u x’ma tiflaħx.

    M’hemmx dubju li f’żona ta’ divertiment ċerti riskji se jkunu hemm. Iżda, r-riskji għandhom jingħelbu b’iktar riżorsi u b’iktar ħsieb. Is-soluzzjoni għal Paceville mhijiex waħda faċli. Jista’ jkun hemm bżonn bidliet kbar. Peró dawn għandhom isiru nkella se jkollna iktar fares u agħar minn hekk, iktar traġedji.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 2

  •  
    anonimu
    Set 08, 2012

    Ezatt. Ghamel sew l-editur ippubblika dik l-istorja ta' nhar il-Gimgha. Kien hemm min qal li mhix news. Mela xinhi ? Ghaliex saret normali li nies jigru gharwenin barra. inewsmalta wera s-sitwazzjoni meskina li spicca fiha Paceville

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Set 08, 2012

    Paceville sar tal-biza. Mhux ta b'xejn it-tfal ta' 13 u 14 -il sena biss saru jridu jmorru hemm. Il-hasra li dawn huma l-iktar vulnerabbli.

    Irrispondi