Aġġornat (2), : “Sibt tnax-il kuntratt skadut” – Is-Sindku tal-Mosta

  • Lul 09, 2012 18:36
  • Miktub minn Aleander Balzan
"

    Is-Sindku tal-Mosta Shirley Farrugia qalet f’intervista ma’ inewsmalta.com li meta daħlet fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali tal-Mosta sabet 12-il kuntratt skadut. Farrugia stqarret li minn dawn sa issa għalqet sitta.

    Mistoqsija dwar il-qagħda li sabet fil-Kunsill Lokali Mosta, Farrugia saħqet li din kienet waħda b’ħafna problemi fejn lanqas setgħet tgħalaq il-kontijiet tal-kunsill lokali Mosta.

    Mistoqsija dwar is-sitwazzjoni fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Mlit fejn ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf xogħlijiet mibdija mill-kunsill ta’ qabel Farrugia qalet li l-kunsill m’għandux flus biex jagħmel dan ix-xogħol. “M’għandniex flus biex nagħmlu dawk it-toroq,” saħqet Farrugia f’intervista mxandra fuq iċ-channel tagħna fuq YouTube.

    Farrugia ċaħdet li d-deċiżjoni li jitwaqqaf minn mal-kunsill handyman li ddaħħal fi żmien it-tmexxija preċedenti kienet xi waħda motivata politikament. Intant, fl-intervista titkellem ukoll dwar ir-relazzjoni tagħha mal-eks Sindku Joe De Martino u Alex Muscat, l-iktar kunsillier li kiseb voti fl-aħħar elezzjonijiet.

    Residenti jċemplu rrabjati

    Intant, residenti li segwew l-intervista li qegħdin inxandru, ċemplu fl-uffiċċju ta’ inewsmalta.com fejn esprimew ir-rabja tagħhom għall-impressjoni li ngħatat mis-Sindku Farrugia, li mhix se ssir Triq id-Dawr.

    “Fejn hi it-triq tajba li qalet is-Sindku? Ejjew u araw, u mhux intervistajtu lis-Sindku. Spiċċajna għandna bankini tajbin u triq qisna qegħdin fi gwerra. Kien hemm anke ‘commitment’ li se jsir ir-resurfacing tat-triq. X’sar minnhu issa dan?” qalilna resident li tkellem magħna. Hu żied jgħid li “l-patching li sar diġa’ beda jinqala u l-flus li ntefqu biex sar intremew.”

    Reazzjoni ta' Alex Muscat

    B'reazzjoni għall-kummenti li tat Shirley Farrugia, Alex Muscat, kunsillier Laburista fil-Mosta qal li huwa minnu li ma kienx hemm vot speċifiku fuq it-Triq id-Dawr, però l-istess triq kienet issemmiet bħala l-aktar triq fil-bżonn li titranġa fil-laqgħa annwali tal-2011. Muscat semma' kif ħadd ma kien oppona għal dan. “Din it-triq u triq l-Istrinġel huma ta' inkonvenjent kbir għan-nies minħabba li lanqas biss jistgħu jiftħu bieb jew tieqa bit-trabijiet kollha li hemm. Dan l-inkonvenjenti kompla jiżdied bis-sħana li qiegħda tagħmel,” qal Muscat.

    Muscat huwa tal-fehma li jinstab kompromess mall-kuntratur biex jitqassmu l-pagamenti fuq perijodu ta' żmien u t-triq titlesta. “Jekk il-kunsill ta' qabilna ma' approvax dan ix-xogħol aħna għandna npattu għalih billi napprovawh aħna, ovvjamnet dejjem skont il-finanzi mill-gvern ċentrali,” qal Alex Muscat lil inewsmalta.com.

    Muscat spejga kif bħala kunsill qegħdin jistennew l-audited accounts, biex jaraw fejn qegħdin, imma jidher li m'hemm l-ebda dejn fil-kunsill, anzi hemm ammont ta' flus il-bank għall-proġetti kapitali.

    Dwar il-każ ta' Marco Briffa, Muscat qal li kien hemm żewġ kuntratti li skadew, pero mxew differenti maż-żewġ handyman.

    Alext Muscat qal li huwa minnu li l-kunsill qiegħed jaħdem tajjeb flimkien. Saħaq li “hemm qbil bejn kulħadd li jekk naħdmu sew flimkien jista' jsir ammont ta' xogħol, anke minħabba li bdejna fuq bażi tajba.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0