Erġajna bdejna b'telfa

  • Set 07, 2012 21:35
  • Miktub minn

    It-tim Nazzjonali Malti tilef bl-iskor ta’ 1-0 kontra l-Armenja. Dan kien id-debutt taż-żewġ timijiet fi Grupp B ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014.

    Kienet logħba diżappuntanti għal Maltin, għalkemm wieħed ma jistax ma jsemmix wirjiet tajba li kellhom plejers individwali bħal Andrew Hogg, Alex Muscat u Roderick Briffa.

    Wara bidu kwiet, l-Armeni bdew ikunu perikolużi, u resqu l-ewwel darba viċin il-gowl fis-16-il minuta b’tentattiv mill-bogħod ta’ Marcos Pizzelli, bil-ballun jgħaddi ftit għoli.

    Ir-risposta Maltija waslet fis-26 minuta meta f’azzjoni ta’ kontrattakk, Gareth Sciberras ta lejn Daniel Bogdanovic li wara li ħarab fuq il-lemin xeħet kross lejn Michael Mifsud, bil-ballun jixxellef mad-difensur Armen qabel niżel fuq ix-xibka.

    Man-nofs siegha logħob l-Armenja mill-ġdid perikoluzi b’xutt insidjuż ieħor ta’ Pizzelli… ballun salvat parzjalment mill-gowlkiper Malti Andrew Hogg u fuq il-linja fatali kien Alex Muscat li ħeles mill-periklu.

    Fit-tieni taqsima l-Armenja baqgħu l-aħjar tim fil-grawnd u fit-52 minuta reġa’ kien bravu l-gowlkiper Malti Andrew Hogg, li forsi lagħab l-aħjar logħba tiegħu bil-flokk Nazzjonali sa issa. Hawn salva, f’żewġ tentattivi, xutt mill-bogħod ta’ Aras Ozbiliz.

    Fis-70 minuta wasal l-uniku gowl tal-logħba u ta tliet punti lill-Armenja.

    Gowl li wasal b’konklużjoni mill-viċin ta’ ARTUR SARKISOV, li kien għadu dieħel bħala sostitut sitt minuti qabel. Hu tefa’ fix-xibka wara kross preċiż minn fuq ix-xellug ta’ Yura Movsisyan.

    Fil-85 minuta Armenja viċin it-tieni gowl iżda reġa’ kien strumentali Hogg fil-lasti tal-Maltin li bi ġmiel ta’ save żamm xutt b’saħħtu u mill-viċin ta’ Mkhitaryan wara frikik ta’ Ozbiliz.

    B’hekk kienet telfa ta’ 1-0 għal Malta fl-iktar logħba li potenzjalment stajna nġibu punti minnha f’dan il-grupp.

    Imiss issa konfront ferm iktar diffiċli kontra l-finalisti telliefa ta’ Euro 2012 Italja, f’Modena, nhar it-Tlieta li ġej.

    Malta: Andrew Hogg, Alex Muscat, Gareth Sciberras, Andrei Agius, Luke Dimech, Daniel Bogdanovic, Roderick Briffa (Shaun Bajada 85),, Michael Mifsud, Andrew Cohen (Ryan Fenech 74),, Andre Schembri, Steve Borg

    Armenja: Gevorg Kasparov, Sargis Hovsepyan, Robert Arzumanyan (Valeri Aleksanyan 79),, Hrayr Mkoyan, Artak Yedigaryan (Davit Manoyan 52),, Henrikh Mkhitaryan, Karlen, Mkrtchyan, Levon Airapetian, Aras Ozbiliz, Marcos Pizzelli (Artur Sarkisov 64),, Yura Movsisyan

    Ref: Rene Eisner (Awstrija),

    Ass refs: Klaus Strasser, Richard Huebler (Awstrija),

    Raba’ uffiċjal: Gerhard Grobelnik (Awstrija),

    Sofor:G.Sciberras, L.Dimech (MT),, H.Mkoyan, S.Hovsepyan (ARM), ammoniti.

    Skorja: A.Sarkisov 70 (ARM),

    (Ritratti: Charles Marsh),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook