Rejd fil-Magħtab u ieħor fil-Belt mill-Animal Welfare

  • Set 07, 2012 19:50
  • Miktub minn John Pisani

    Id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali wettaq żewġ rejds, wieħed fil-Magħtab u l-ieħor taħt is-sur tal-Belt. Dan wara rapporti li seta’ kien hemm xi annimali mhux miżmuma tajjeb.

    L-ewwel rejd sar għall-ħabta tad-09.00 meta uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, taħt id-direzzjoni ta' Godric Marston u l-Veterinarju Duncan Chetcuti Ganado, marru f’razzett fil-Magħtab. Hemm sabu diversi annimali fosthom papri, tiġieġ, baqar, żwiemel, klieb u pagun. Minkejja li dawn l-annimali dehru li qed ikunu mitmugħa tajjeb, l-ambjent fejn qed jinżammu huwa wieħed ħażin. Fil-fatt ir-razzett huwa mimli imbarazz u anke telqa kbira.

    Fuq il-post marru wkoll uffiċjali mid-Dipartiment tal-Artijiet peress li l-art hija tal-Gvern u hija mikrija għand ir-raħħal. Huwa ngħata ġimgħa ċans biex inaddaf il-post.

    Saret spezzjoni wkoll fix-xelters li hemm fis-swar tal-Belt, f’Marsamxett fejn kien maħsub li kien hemm xi klieb li qed jinżammu imsakkrin. Meta l-uffiċjali marru fuq il-post sabu kelb wieħed biss, li għalkemm kien magħluq fix-xelter, sidu kien qed jieħu ħsieb li jkollu ikel u ilma biżżejjed. Iżda, xorta kien ordnat biex ma jibqax iżomm il-kelb hemm. Saret ukoll spezzjoni f’garaxxijiet oħra fl-istess inħawi fejn instabu żewġt iklieb imma dawn kienu f’kundizzjoni tajba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0