Fit-15.30, fil-bypass ta' Birkirkara seħħ aċċident tat-traffiku li fih kienu involuti tliet karozzi. Karozza Peugeot misjuqa minn raġel baqgħet dieħla f'karozza oħra Peugeot li fiha kien hemm żewġ nisa, aktarx barranin.
Bl-impatt, it-tieni Peugeot ġiet imbuttata fuq is-'central strip', b'biċċa minnha toħroġ fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Minn din it-triq kienet għaddejja Fun Cargo misjuqa minn raġel li ħabat fil-Peugeot 'head on'.
Is-sewwieq tal-Fun Cargo ttieħed l-isptar isofri minn uġigħ f'sidru aktarx kawża tas-'seat belt' u l-'air bag'. Iż-żewġ nisa tal-Peugeot ukoll ittieħdu l-isptar. Is-sewwieq tal-ewwel Peugeot ma ġralu xejn.
Kawża tal-aċċident inħolqot konġestjoni tat-traffiku. inewsmalta.com jissuġerixxi lis-sewwieqa li minn Birkirkara jridu jgħaddu għall-Imsida biex isibu rotta differenti.
Ritratti: Ray Attard
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.