Seba’ players tal-Kamerun investigati fuq allegat każ ta’ korruzzjoni

  • Lul 01, 2014 07:48
  • Miktub minn
"

    Wara l-eliminazzjoni tagħhom mit-Tazza tad-Dinja, seba’ players tal-Kamerun se jiġu investigati fuq allegat każ ta’ korruzzjoni fit-telfa ta’ 4-0 kontra l-Kroazja, li ntlagħbet f’Manaus, fit-tieni partita ta’ Grupp A.

    Din il-logħba ġiet fid-dawl ta’ dan l-allegat każ wara li Wilson Raj Perumal, bniedem magħruf bħala frodista kbir, bassar eżattament ir-riżultat ta’ 4-0 favur il-Kroazja kif ukoll li l-Kamerun kien se jkollhom player imkeċċi.

    Infatti kien Alex Song li tkeċċa ftit ħin qabel tmiem l-ewwel taqsima meta ta daqqa ta’ minkeb lill-avversarju Mario Mandzukic biex imbagħad għal taqsima sħiħa, il-Kamerun lagħbu bi player inqas.

    Fl-istess partita, iż-żewġ players tal-Kamerun Benoit Assou-Ekotto u Benjamin Moukandjo kienu nvoluti f’argument jaħraq bejniethom, tant, li kellhom jintervjenu l-kollegi tagħhom.

    Ta’ min isemmi wkoll li l-players tal-Kamerun kienu qed jheddu li ma kienux se jinżlu għal din il-logħba minħabba kwistjoni ta’ flus.

    L-FA tal-Kamerun mistennija li tressaq dan il-każ quddiem il-FIFA.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0