Tazza tad-Dinja: Diffiċli għall-Ġermaniżi

  • Lul 01, 2014 00:17
  • Miktub minn Sport
"

    Il-Ġermanja kellhom jitħabtu biex għelbu lill-Alġerija bl-iskor ta 2-1, fil-ħin barrani, biex issa fil-kwarti-finali jiltaqgħu fil-konfront klassiku kontra Franza.

    L-aħjar okkażjonijiet ta’ skor matul l-ewwel taqsima waslu mill-Alġerija. Fis-17-il minuta, Islam Slimani, xeħet fix-xibka bir-ras mill-cross ta’ El Arabi Soudani iżda ġie ssenjalat f’pożizzjoni ta’ offside.

    Fid-39 minuta, Aissa Mandi fajjar xutt minn 30 metru bogħod li ħabat ma’ Jerome Boateng u spiċċa f’corner.

    Fil-41 minuta, kien imiss lill-goalkeeper tal-Alġerija, Rais Mbolhi li wettaq is-save tal-ġuranta minn xutt mill-viċin ta’ Mario Goetze.

    Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, reġa’ kien Mbolhi li salva goal ċert minn daqqa ta’ ras ta’ Shkodran Mustafi.

    Il-partita kompliet tisbieħ bil-ballun tiela’ u niżel, bl-aħjar ċans jasal fit-80 minuta meta bl-għajta tal-goal, il-goalkeeper Mbolhi reġa’ kien protagonista meta minn taħt il-lasta salva d-daqqa ta’ ras ta’ Thomas Muller biex minuta wara l-istess Muller falla ċans ieħor tad-deheb meta, b’lasta vojta, inkredibbilment xeħet barra.

    Bir-riżultat jibqa’ dak ta’ 0-0, ingħata l-ħin barrani u wara żewġ minuti l-Ġermanja fetħu l-iskor minn Andrè Schurrle. Fil-120 minuta Mesut Ozil żied il-vantaġġ biex fil-122 minuta, Islam Slimani naqqas il-marġni għall-Alġerija.

    ĠERMANJA: 1-Manuel Neuer; 20-Jerome Boateng, 17-Per Mertesacker, 4-Benedikt Hoewedes; 7-Bastian Schweinsteiger (23-Chrisoph Kramer 109),, 16-Philipp Lahm, 21-Shkodran Mustafi (6-Sami Khedira 70),, 18-Toni Kroos, 8-Mesut Ozil, 19-Mario Goetze (9-Andrè Schuerrle 46), 13-Thomas Mueller - Coach: Joachim Loew

    ALĠERIJA: 23-Rais Mbolhi; 4-Essaid Belkalem, 5-Rafik Halliche (2-Madjid Bougherra 97),, 3-Fauzi Ghoulam, 20-Aissa Mandi, 8-Mehdi Lacen, 10-Sofiane Feghouli, 19-Saphir Taider (11-Yacine Brahimi 78),, 22-Mehdi Mostefa; 13-Islam Slimani, 15-El Arabi Soudani 18-Abdelmoume Djabou 100), - Coach: Vahid Halilhodzic

    REFERI: Sandro Ricci (Brażil),

    ASS. REFERIS: Emerson De Carvalho, Marcelo van Gasse (Brażil),

    RABA’ UFFIĊJAL: Walter Lopez (Gwatemala),

    SKORERS: A. Schurrle 92, M. Ozil 120 (Ġ),; I. Slimani 122 (A),

    AMMONITI: R. Halliche (A),; Ph. Lahm (Ġ),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0