Tazza tad-Dinja: Franza f’rebħa meritata kontra n-Niġerja

  • Ġun 30, 2014 20:50
  • Miktub minn
"

    Franza kkwalifikaw mal-aħħar tmienja meta għelbu lin-Niġerja bl-iskor ta’ 2-0 liema rebħa mmaturat fit-tieni taqsima.

    Fl-20 minuta, in-Niġerja fetħu l-iskor minn Emmanuel Emenike, li iżda, ma ġiex ikkonvalidat hekk kif l-iskorer ġustament ġie ġġudikat li kien f’pożizzjoni ta’ offside.

    Tliet minuti wara, kellu jkun il-goalkeeper Niġerjan, Vincent Enyeama, li wettaq save spettakolari fuq xutt qawwi ta’ Paul Pogba.

    Matul l-ewwel taqsima, il-Franċiżi kienu l-aħjar team iżda ma setgħux jiżblokkaw ir-riżultat.

    Fit-tieni taqsima, it-team immexxi mill-coach Didier Deschamps, żied il-pressjoni biex xeħet lin-Niġerjani jiddefendu għal ħinijiet twal u joperaw bil-kontrattakki.

    Fil-71 minuta, Franza resqu viċin meta Karim Benzema bidel il-ballun ma’ Antoine Griezmann f’tarf il-kaxxa avversarja iżda t-tentattiv tiegħu ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper, Vincent Enyeama, u bil-ballun dieħel fix-xibka, Victor Moses kien providenzjali biex tajjar il-periklu minn fuq il-linja fatali.

    Iżda fid-79 minuta, il-Franċiżi fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Vincent Enyeama, ippanċa qasir biex Paul Pogba kompla l-ballun għal ġewwa.

    Fil-ħin miżjud, il-Franċiżi ssiġillaw ir-rebħa meta mill-cross ta’ Mathieu Valbuena, Joseph Yobo xeħet fix-xibka tiegħu stess.

    FRANZA: 1-Hugo Lloris, 2-Mathieu Debuchy, 4-Raphael Varane, 21-Laurent Koscielny, 3-Patrice Evra; 6-Yohan Cabaye; 8-Mathieu Valbuena (18-Moussa Sissoko 90),, 14-Blaise Matuidi, 19-Paul Pogba; 10-Karim Benzema, 9-Olivier Giroud (11-Antoine Griezmann 62), - Coach: Didier Deschamps

    NIĠERJA: 1-Vincent Enyeama; 5-Efe Ambrose, 13-Juwon Oshaniwa, 22-Kenneth Omeruo, 2-Joseph Yobo; 10-John Obi Mikel, 17-Ogenyi Onazi (4-Ruben Gabriel 59),, 7-Ahmed Musa, 11-Victor Moses (19-Uche Nwofor 89),, 20-Michael Uchebo, 21-Chigozie Agbim, 23-Shola Ameobi, 8-Peter Odemwingie, 9-Emmanuel Emenike - Coach: Stephen Keshi

    REFERI: Mark W. Geiger (Stati Uniti),

    ASS. REFERIS: Mark Sean Hurd (Stati Uniti),, Joe Fletcher (Kanada),

    RABA’ UFFIĊJAL: Alireza Faghani (Iran),

    SKORERS: P. Pogba 79, J. Yobo 91 o.g. (F),

    AMMONITI: B. Matuidi (F),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0