Il-GWU bi proposti għall-partiti politiċi

  • Lul 09, 2012 15:13:30
  • Miktub minn
"

    Il-GWU ħabbret sensiela ta' proposti għall-partiti politiċi. Dan bil-għan li jinkluduhom fil-manifest elettorali tagħhom. Tony Zarb, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU fisser kif dawn il-proposti qegħdin hemm biex ikunu mħarsa l-interessi tal-ħaddiema, pensjonanti u l-familji tagħhom.

    Fost l-aktar proposti importanti li fih dan id-dokument insibu suġġeriment biex il-COLA tkun aġġustata kull sitt xhur u mhux kull sena. Għandhom ikunu wkoll indirizzati l-anomaliji fil-pensjonijiet.

    Proposta oħra hi li għandu jkun hemm miżuri serji biex jitnaqqsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Kontijiet, li fi kliem il-GWU, qegħdin ikunu l-kawża ewlenija li l-familji Maltin ma jlaħqux mal-għoli tal-ħajja.

    Wieħed għandu jiżgura wkoll li l-immigranti li jaħdmu jingħataw paga u kundizzjonijiet ta' xogħol, skont il-liġijiet ta' Malta u ma jkunx hemm diskriminazzjoni magħhom.

    Gvern ġdid għandu jieħu miżuri biex il-paga minima nazzjonali titla' għal-livelli li biha tista' tassigura għajxien diċenti. Għandu jkun imħares u jitmexxa 'l quddiem id-dritt tal-ħaddiema li jissieħbu f'unjin.

    Il-GWU tixtieq li dan id-dokument ta' proposti ikun mifli sew mill-partiti politiċi. Zarb qal li l-GWU tagħti l-appoġġ sħiħ lil partiti li jimplimentaw dawn il-proposti.

    Dawn il-proposti kienu mħabbra kmieni, minħabba li l-elezzjoni l-aktar li baqagħlha tmien xhur u biex il-partiti jkollhom iċ-ċans jaraw dawn il-proposti, u mhux jiġu mħabbra ħmistax qabel meta jkun tard wisq.

    Ara l-kummenti ta' Tony Zarb.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0