Ir-riforma tal-MEPA ċajta kbira għal Tas-Sliema - SRA

  • Lul 09, 2012 13:38
  • Miktub minn

    L-Għaqda Residenti Sliema (SRA), qalet fi stqarrija li l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), hija iktar favur l-iżvilupp milli s-sostenibilità.

    Dan b’reazzjoni għall-approvazzjoni ta’ żvilupp ta’ binja ta’ 11–il sular fl-inħawi tal-binja tal-Forestals f’Tas-Sliema. Hawn se jinbnew 100 appartament u numru ta’ ħwienet.

    L-SRA tkellmet b’mod iebes fil-konfront taċ-ċermen tal-MEPA Austin Walker. Saħqet li d-diskors tiegħu ma kienx bilanċjat, xi ħaġa li tixhed li l-laqgħa pubblika kienet waħda tal-mistħija.

    Kliem iebes inkiteb ukoll fil-konfront tal-partiti politiċi hekk kif l-SRA qalet: “Mhux ta’ b’xejn li r-residenti qatgħu qalbhom mill-MEPA u ż-żewġ partiti politiċi ewlenin hekk kif il-membri kollha tal-bord approvaw dan l-iżvilupp monstruż.”

    “Il-Prim Ministru se jisma’ l-karba tagħna fi żmien meta l-partit tiegħu reġa’ qiegħed ifittex il-qlub u l-imħuħ tal-persuni ordinarji? Ir-riforma tal-MEPA kienet ċajta kbira għal Tas-Sliema,” temmet tgħid l-istqarrija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    Li s-sit tal-Forestals f'Tas sliema jigi zviluppat naqbel, ma naqbilx li ta warajh ghandhom jindi

    Irrispondi