Tliet serqiet mill-Belt li jaqbżu n-nofs miljun ewro f'valur

  • Lul 09, 2012 13:26
  • Miktub minn

    Quddiem il-Maġistrat Antonio Mizzi tressqu tliet persuni mixlija b’involviment fi tliet serqiet li l-valur tagħhom jaqbżu n-nofs miljun ewro. Dawn huma Glenn Debattista ta’ 52 sena minn Santa Venera u ibnu Ryan Debattista li għandu 21 sena. Il-persuna l-oħra huwa Charles Hartley ta’ 40 sena, li diġà jgħix fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin.

    L-ewwel serqa saret fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu mill-ħanut Pjazza Antiques li jinsab fil-Belt Valletta. Serqa oħra seħħet fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru mill-ħanut Capri Café, wkoll fil-Belt. Filwaqt li t-tielet serqa saret fl-24 ta’ Ottubru minn ATM tal-HSBC fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta ukoll.

    L-ispetturi Joseph Mercieca u James Grech mexxew il-prosekuzzjoni bl-akkużati jammettu. Is-sentenza se tingħata fil-jiem li ġejjin.

    Fil-każ ta’ Charles Hartley, l-avukat tiegħu talab klemenza lill-qorti. Dan għax qal li l-klijent tiegħu kkopera mal-pulizija u żied li sentenza preċedent fil-konfront ta’ Hartley kienet eċċessiva. L-avukat qal ukoll li dan qiegħed irabbi ħames ulied, li wieħed minnhom mhux tiegħu u ieħor hu diżabbli. Intqal li l-familja tant hi magħfusa finanzjarjament li m’għandiex biex tixtri siġġu tar-roti u kienu joħduh kull fejn imorru billi jerfugħ fiżikament.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0