Rahom isawtu lill-immigrant

  • Lul 09, 2012 11:27
  • Miktub minn
"

    Dalgħodu nstemgħet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Gordon Pickard, wieħed mit-tliet suldati akkużati wara l-qtil ta’ immigrant, ftit tal-jiem ilu. Quddiem il-maġistrat Antonio Vella xehed l-ispettur Keith Arnaud, Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali. Pickard huwa akkużat li fixkel il-ġustizzja billi bidel ix-xena tar-reat.

    Kien nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju li Abdalla Mohammed, ta’ 36 mill-Mali, inqatel wara li ħarab mill-kustodja tas-Servizz ta’ Detenzjoni. Hu kien ilu nieqes mill-2009 u dak in-nhar tal-mewt tiegħu kien inqabad biex reġa’ ttieħed lejn iċ-ċentru ta’ detenzjoni.

    Mix-xhieda ta' Arnaud u l-ispettur Anthony Cachia, irriżulta li t-tliet imputati qalu li fil-jum li seħħ il-każ, waranofsinhar, l-immigrant kien qiegħed iġib ruħu ħażin ħafna fil-konfront ta' immigranti oħra. Kien għalhekk li ttieħed fil-kamra tal-iżolament minn fejn, eventwalment, ħarab.

    Jirriżulta li Gordon Pickard mar ifittxu bil-karozza, filwaqt li Clive Cuschieri u s-surġent Mark Anthony Dimech marru jfittxuh f'vettura tas-servizzi ta' detenzjoni.

    Pickard stqarr li kif wasal bil-karozza ra lil Clive Cuschieri jagħtih daqqiet bis-sieq qawwija, filwaqt li Dimech kien qiegħed fuqu. Pickard qal li hu ma pparteċipax fid-daqqiet.

    Wara li rnexxielhom jieħdu l-kontroll tal-immigrant saquh lura lejn il-barracks. Kien Clive Cuschieri li saq il-vann lura. L-immigrant dejjem baqa' joffri reżistenza, għalkemm x'ħin waslu ħdejn il-barracks deher mitluq. Meta raw hekk immanetjawh minn idejh u saqajh u telqu lejn il-poliklinika ta' Raħal Ġdid. Meta waslu l-immigrant kien diġa' mejjet

    Għada jitkomplew il-proċeduri fil-konfront ta' Cuschieri u Dimech.

    Ritratt: John Pisani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    3