Parteċipazzjoni ta’ ċiklisti Maltin fl-Italja

  • Lul 09, 2012 11:10
  • Miktub minn

    Waħda mill-forom ta’ ċikliżmu barra minn Malta hija dik li tissejjaħ “Granfondo Races”. Dawn jikkonsistu f’tiġrijiet ta’ distanzi varji 'l fuq minn 100 kilometru u ta’ kategoriji diversi li jiddependu skont in-numru ta’ muntanji, l-għoli, tul u diffikultà.

    Sa ftit snin ilu l-ebda ċiklist ma ħaseb li jipparteċipa f’xi waħda mill-kalendarju vast ta’ dawn l-attivitajiet. Kien fl-1999 li Mario Brincat tal-Mosta AF Sign Studio C.C. ħa sehem għall-ewwel darba fil-Granfondo Nove Colli ġo Cesenatico fl-Italia. Wara miegħu żdiedu Edwin Spiteri, Toni Micallef u George Gauci tal-istess klabb li ffurmaw il grupp ta’ erbgħa li baqgħu jipparteċipaw l-ewwel fil-korsa tal-210 kilometru u wara kienu ristretti minħabba l-età tal-fuq minn 60 sena li jagħmlu l-korsa tal-133 kilometru.

    Peress li baqgħu jirrepetu l-parteċipazzjoni sal-lum, huma bħala grupp fl-2008 kisbu trofew għall-perseveranza mill-president tal-organizzazjoni. F’dawn l-aħħar sentejn peress li spiċċaw għaxar edizzjonijiet tal-Granfondo Nove Colli, kienu ippreżentati trofew personalizzat, Premio Fedelta’ kull wieħed, apparti benefċċji oħra.

    F’Ġunju Mario Brincat għall-ewwel darba wkoll ipparteċipa fil- “Circuito Romagnolo”. Dan jikkonsisti fi grupp ta’ ħames tiġrijiet Granfondo fil-lokalitajiet tar-Regione Emiglia Romagna taħt l-awspiċi tal-USIP Sport per tutti. Hu rnexxielu jispiċċahom kollha u wara l-aħħar waħda ġie ppreżentat trofew li jġib l-emblemi tal-ħames lokalitajiet u trofew ieħor mill-president tal-lokal peress li kien l-uniku Malti li spiċċa l-ħames tiġrijiet. Din is-sena pparteċipa wkoll fi tlieta oħra, Dieci Colli, Nove Colli u Maratona dles Dolomites.

    Apparti in-Nove Colli li hija tal-ewwel klassi, il-maġġoranza tal-grupp ipparteċipaw wkoll fil-Maratona dles Dolomites f’Alta Badia, Corvara li hija kkonsidrata bħala Hors Categorie u fejn il-muntanji jilħqu 2,200 metru u fid-Dieci Colli għal aktar minn parteċipazzjoni waħda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook