Diskussjoni dwar għajnuna finanzjarja lil Ċipru

  • Lul 09, 2012 10:33
  • Miktub minn
"

    F’laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN), u laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup), se tkun diskussa l-għajnuna finanzjarja mitluba minn Ċipru.

    Dawn il-laqgħat se jkunu qegħdin isiru bejn illum u għada. Il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech qiegħed Brussell biex jattendi għal dawn il-laqgħat.

    Id-diskussjoni tal-Eurogroup se tiffoka wkoll fuq Abbozz ta’ ‘Memorandum of Understanding’ li jistipula t-termini u l-kundizzjonijiet tal-assistenza finanzarja għal Spanja. Dan bil-għan li jintlħaq ftehim politiku.

    Intant, il-Ministru tal-Finanzi tal-Greċja se jippreżenta l-prijoritajiet politiċi tal-Gvern Grieg ġdid. Se ssir diskussjoni wkoll dwar l-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Stabbilità Ewropew.

    Il-laqgħa tal-ECOFIN se ssir għada u fuq l-aġenda hemm ukoll it-twaqqif ta’ qafas għall-irkupru u riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji ta’ investiment.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0