DealToday    myCard    



L-ewwel unjoni ċivili se ssir f’Għawdex

  • Ġun 08, 2014 09:16
  • Miktub minn

    L-ewwel unjoni ċivili f’pajjiżna minn koppja LGTBI se ssir f’Għawdex nhar il-Ġimgħa li ġej, 13 ta’ Ġunju. Sa issa din hija l-uniku applikazzjoni għal unjoni ċivili li saret fil-gżira Għawdxija.

    Min-naħa l-oħra, f’Malta kien hemm ħames applikazzjonijiet għal unjoni ċivili. L-ewwel unjoni ċivili f’Malta se ssir nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju.

    Dan it-tagħrif ingħata lill-ġurnal "Torċa" mill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurt Nazzjonali.

    Id-dritt tal-unjoni ċivili kien waħda mill-wegħdi tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013. Dan id-dritt iddaħħal fis-seħħ nhar l-14 ta’ April li għadda wara vot fil-Parlament.

    Filwaqt li n-naħa tal-Gvern kienet ivvutat favur li jiddaħħal dan id-dritt ċivili f’pajjiżna, in-naħa tal-Oppożizzjoni kienet astjeniet. Ir-raġuni għaliex l-Oppożizzjoni ħadet din il-pożizzjoni kienet għaliex fil-liġi tal-unjoni kien hemm inkluż ukoll id-dritt tal-adozzjonijiet.

    Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien qal li l-Oppożizzjoni għandha r-riservi tagħha dwar l-adozzjonijiet, l-istess kif kellhom 80% tal-poplu Malti u Għawdxi skont sondaġġi li dehru fil-ġurnali.

    Wara li kien ittieħed il-vot, il-Prim Ministru kien indirizza l-folla li nġabret fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru kien qal li, “llum għażilna li mill-passat immorru għall-futur. Jekk hemm 80% li huma kontra din il-liġi jien kburi li nagħmel parti mill-20%. Inħeġġeġ biex inkomplu naħdmu flimkien għax li qed nagħmlu qed nagħmluh għall-maġġoranza li għad trid tiġi u tagħraf it-tgawdija ta’ dawn id-drittijiet il-ġodda. Stednuna meta tieħdu l-unjoni ċivili. Irrid inkun ċert li t-tfal tiegħi jgħixu f’pajjiż tal-ugwaljanza,” kien sostna l-Prim Ministru fi Pjazza San Ġorġ.

    Bil-ħidma li saret mill-Gvern f’dan il-qasam, Malta kienet l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għamel avvanz f’dak li għandu x’jaqsam ma’ drittijiet għal persuni LGBTI.

    Waqt il-konferenza IDAHO li ġiet organizzata f’Mejju li għadda bejn Malta u l-Iżvezja, sar magħruf li Malta rreġistrat progress ta’ 22% fid-drittijiet għall-persuni LGBTI, segwita minn Montenegro.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 8

  •  
    anonimu
    Ġun 08, 2014

    @@@..filwqat li nammetti li kullhadd ghamdu dritt jighx hajtu kif irid hu dment li ma jaghmel hsara lill hadd, pero jien inhossni irrid nibki meta nara affarijiet bhal dawn isehhu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 08, 2014

    Illum il-gurnata Ghaw

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 08, 2014

    Li kulhadd ikollu l-liberta li jghix kif irid, hija l-ahjar haga li jista ikollu bniedem. Imma l-affarijiet kontra n-natura, ghalkemm forsi jistghu ikun

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 08, 2014

    Anke jien immur fej immurn ara ragel u mara flimkien.. Imma jien ma narax l irgiel KOLLHA ma mara, u qas nara n-nisa KOLLHA ma ragel... Mela sinjal li int tikkalkula biss mara

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 08, 2014

    ......@'..ciri biri bin.....dak li ktibt int bi dritt, ghal darba darbtejn tlieta qrajtu u assolutament mhux b'disprett qieghed nighdlek, ma wasalt biex nifhem xej

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 09, 2014

    jin naqbel li kopja gay jizewgu

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 09, 2014

    ma ghandi xejn kontra l-gays, u naqbel li jizzewgu IMMA !!!!! x'imma ?! jew taqbel jew ma taqbilx !

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ġun 11, 2014

    Jien u l-partner tieghi nistennew bil-herqa jasal Novembru biex nezergitaw dritt fundamentali li hadna biss permezz tal-Gvern tal-PL. Dan se naghmluh wara 10 snin flimkien. Grazzi Joseph u grazzi PL.

    Irrispondi