Ħabs wara li ma qagħdux għad-direttivi tal-‘probation’

  • Lul 09, 2012 09:40
  • Miktub minn Charmaine Craus

    Baldassare Perlotti ta’ 42 sena minn Trapani u t-tfajla tiegħu Alexia-Margo Calleja, kienu kkundannati 18-il xahar ħabs kull wieħed wara li l-uffiċjali tal-probation qalu lill-Qorti li l-koppja ma kinux qegħdin isegwu d-direttivi tal-‘probation’. Fost oħrajn naqsu milli jieħdu l-għajnuna meħtieġa minħabba l-vizzju tad-droga.

    Irriżulta, minn rekords tad-Detox, li testijiet ta’ kampjuni tal-urina taw riżultat pożittiv għad-droga eroina.

    Il-koppja, li għandhom tifel ta’ erba’ snin, fit-2 ta’ Settembru li għadda, kienu ammettew fil-Qorti li wettqu numru ta’ serqiet minn lokalitajiet differenti. Dan fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Lulju, 2011 u l-31 ta’ Awwissu 2011.

    Intant, skont l-uffiċjali tal-probation, ma żammewx l-appuntament ta’ kull ġimgħa skont il-ftehim u ma ħadux lanqas l-għajnuna meħtieġa minħabba l-problema tad-droga.

    Il-Qorti qalet li ġaladarba, huma wrew li ma kinux lesti joqogħdu għall-kundizzjonijiet li ffirmaw għalihom, iridu jġorru l-konsegwenzi.

    Minbarra sentenza ta’ 18-il xahr ħabs kull wieħed, il-Qorti appellat lid-Direttur tal-Ħabs biex jikkunsidra l-problema ta’ droga li għandhom .

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0