Aġġornat: Mistennija rebħa ta' Jibril

  • Lul 09, 2012 08:36
  • Miktub minn
"

    Jidher li l-koalizzjoni ta' partiti Liberali se jkunu r-rebbieħa fl-ewwel elezzjonijiet ħielsa fil-Libja, għalkemm l-għadd tal-voti għadu għaddej. L-Alleanza tal-Forzi Nazzjonali huma koalizzjoni ta' 40 partit żgħir immexxija minn Mahmud Jibril.

    Jibril serva bħala Prim Ministru “interim” minn meta kien mneħħi Gaddafi. Fl-elezzjonijiet ħafna mill-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija taw is-sapport tagħhom lil movimenti Iżlamiċi, jidher li l-Libja se jkun il-pajjiż li jkisser din it-tendenza.

    Il-Libjani huma ottimisti ħafna fuq ir-riżultat ta' din l-elezzjoni storika. Il-prijoritajiet tal-pajjiż huma s-sigurtà u l-ġustizzja. Fuq kollox il-Libjani jridu jibnu mill-ġdid pajjiżhom fuq sisien sodi.

    F'dawn l-ewwel elezzjonijiet ħielsa wara aktar minn 50 sena fil-Libja vvotaw 60 fil-mija tal-elettorat.

    Jikkumenta Tonio Borg

    Fl-ewwel kummenti tiegħu Tonio Borg, Ministru tal-Affarijiet Barranin qal li l-elezzjonijiet fil-Libja b'parteċipazzjoni ħielsa jawguraw tajjeb għall-futur u jsaħħu t-transizzjoni għal soċjetà demokratika. Il-Ministru qal li huwa importanti li dal-proċess li nbeda, ikompli fis-serenità sabiex titfassal kostituzzjoni demokratika u jitwaqqaf l-ewwel Gvern b' kredenzjali demokratiċi.

    Malta se tkompli tgħin b'għajnuna f'waqtha sabiex dan il-proċess jitkompla. Il-Gvern Malti li sostna dan il-proċess demokratiku mill-bidu nett se jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex l-Unjoni Ewropea tkompli tgħin dan il-proċess demokratiku.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0