Karozza taħbat f’ċint u oħra tinqaleb

  • Lul 09, 2012 07:53
  • Miktub minn John Pisani

    Sewwieq Taljan u tfajla ħelsuha mingħajr ebda ġrieħi meta kienu involuti f’aċċident tat-traffiku bil-karozza tat-tfajla tispiċċa tinqaleb fuq il-ġenb tagħha.

    L-aċċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.05 a.m. fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa. It-tfajla, minn Birkirkara, kienet qed issuq karozza Chevrolet Sprint fid-direzzoni ta’ Ħal Luqa meta baqgħet dieħla f’karozza Opel Corsa misjuqa minn Taljan residenti l-Gżira. Mad-daqqa l-Opel kienet imbuttata għal fuq il-bankina u f’ċint filwaqt li x-Chevrolet inqalbet fuq in-naħa tal-lemin.

    Għalkemm fuq il-post issejħet ambulanza ħadd minn dawk involuti ma’ sofra ebda ġrieħi għalkemm it-tfajla dehret li kellha xokk fuqha. Il-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis-Surġent Joseph Muscat qed iħejju rapport tal-aċċident. Għal xi ħin kien hemm ukoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku mmexxijin mill-Ispettur Mario Tonna biex jidderieġu t-traffiku.

    Ritratti: John Pisani

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 3

  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    L-importanti li ma hadd ma spicca hazin u li ma kienx hemm imwiet.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    Wiehed jistaqsi ghala f'din it-triq gdida ma twehhlux crash barriers mal-gnub tal-bankini ghas-sugurta` ta' min ikun miexi hemm. Ghadna bil-mentalita` li ma niehdux is-sigurta` tac-cittadin bis-serjeta`.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    l-aqwa li ħadd ma weġġa'

    Irrispondi