Valletta f'Andorra b'għajnejhom fuq FK Partizan

  • Lul 09, 2012 07:32
  • Miktub minn

    Iċ-champions Maltin Valletta jinsabu f'Andorra biex jilagħbu t-tieni leg tal-ewwel rawnd preliminari tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League, kontra FC Lusitans. It-tim Belti m'għandux ikollu diffikultà jiddefendi vantaġġ ta’ 8-0 li akkwista matul il-ġimgħa li għaddiet u għalhekk jinsab f'Andorra b'għajn waħda fuq it-tieni rawnd, fejn jekk ma jiġrux sorpriżi kbar jilagħbu kontra FK Partizan.

    F’din ir-rebħa, Valletta rreġistraw żewġ rekords fejn kisbu l-aħjar riżultat mit-timijiet Maltin fil-kompetizzjonijiet Ewropej filwaqt li l-attakkant internazzjonali Malti, Michael Mifsud, skorja erba’ gowls.

    Il-kontinġent Belti ħalla Malta, fid-9.00 a.m., b’titjira lejn Barcelona, fi Spanja, fejn imbagħad kellhom vjaġġ ta’ tliet sigħat bix-xarabank għal belt kapitali ta’ Andorra, Andorra La Vella.

    Il-kontinġent kien kompost minn:

    Gowlkipers: Manuel Bartolo, Yenz Cini, Andrè Krul.

    Difensuri: Ian Azzopardi, Steve Borg, Jonathan Caruana, Ricardo Da Rocha Filho, Jusselio Da Silva.

    Midfielders: Edmond Agius, Gilbert Agius, William Barbosa, Roderick Briffa, Dyson Falzon, Ryan Fenech, Cleavon Frendo, Kevin Sammut.

    Attakkanti: Jhonnattann Benites, Michael Mifsud, Denni Rocha Dos Santos

    Kowċ: Mark Miller

    Ass. Kowċ: Gilbert Agius

    Team Manager: Gerard Ellul

    Trainer: Daniele Angeloni

    Kowċ tal-Gowlkipers: Reuben Debono

    Kit Manager: Jesmond Sammut

    Tabib: Pierre Sammut

    Fiżjoterapista: Ronald Attard

    Masseur: Aaron Ancilleri

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook