RCC ried jintgħoġob ma' esponenti Laburisti - Muscat

  • Lul 08, 2012 21:37
  • Miktub minn

    Meta nhar il-Ħadd filgħaxija kien qiegħed jieħu sehem f’edizzjoni speċjali tal-programm Dissett, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat qal li Richard Cachia Caruana ipprova jintgħoġob ma’ esponenti ta’ gvern Laburista ta’ bejn l-1996 u l-1998.

    Magħfus mill-preżentatur Reno Bugeja biex jagħti indikazzjoni għal min kien qiegħed jirreferi Muscat baqa’ jżomm mad-dikjarazzjoni inizzjali tiegħu u baqa’ lura ħafna milli jiżvela iktar dettalji.

    Bugeja beda jindika li l-persuni involuti setgħu kienu Ministri, tagħrif li wasal ukoll għand inewsmalta.com, iżda Muscat ma’ kkonfermax. Intant, appena ntemm il-programm inqrat stqarrija ta' ċaħda minn Richard Cachia Caruana.

    “Irriżultali li kien hemm okkażjonijiet fejn is-Sur Cachia Caruana ipprova jintgħoġob ma’ esponenti ta’ gvern Laburista u mhux bilfors irnexxielu,” baqa’ jinsisti Muscat, filwaqt li żied li hemm iktar minn każ wieħed. (Isma d-dikjarazzjoni ta’ Muscat.),

    Muscat ċaħad li l-Partit Laburista kien f’konfoffa ma’ xi membri tal-grupp parlamentari nazzjonalista u meta mistoqsi dwar servizz ta’ sigurtà offrut lill-familja tad-dentist Pullicino Orlando, Muscat qal li dan sar biex ikun hemm serħan il-moħħ lill-persuna li hija attivista Laburista. Dan b’referenza għas-sieħba ta’ Pullicino Orlando.

    Mistoqsi dwar il-kandidatura ta’ Alfred Sant għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, Muscat qal li l-Partit Laburista għaddej minn proċess fejn kulħadd qiegħed idaħħal il-kandidatura tiegħu u li xi ħaġa bħal din tkun diskussa internament fil-partit.

    Dwar il-kandidatura ta’ Jason Micallef, Joseph Muscat qal li l-kalendarju elettorali inbidel minn meta f’Jannar Jason Micallef kien ħabbar li ma kienx se jkun kandidat biex jiffoka fuq ħidma oħra fil-partit. Fl-istess ħin Muscat ċaħad li hemm xi wegħda biex Micallef ikun chairman tal-PBS fl-eventwalità ta’ gvern Laburista. Kien hawn li Muscat emfasizza id-diversità fil-kandidatura tal-Partit Laburista. “Għandna tim tant kemm huwa varjat li se nkunu qegħdin nappellaw għas-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà,” qal Muscat.

    Filwaqt li esprima l-qbil tiegħu għar-‘rolling register’, li permezz tiegħu persuna li tgħalaq it-18-il sena tivvota f’elezzjoni ġenerali mill-ewwel, issir meta ssir.

    Mistoqsi dwar ir-reklamazzjoni tal-art Muscat semma Baħar iċ-Ċagħaq bħala wieħed mill-postijiet fejn tista’ ssir reklamazzjoni tal-art. Muscat qal li wieħed irid ikun innovattiv biex jinħoloq ix-xogħol u xogħol ta’ kwalità. Intant, Muscat żvela għall-ewwel darba kif l-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), għandha rapporti simili u l-gvern qiegħed jagħmel pressjoni biex dawn ma joħorġux.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0