Mursi jisfida l-armata

  • Lul 08, 2012 19:16
  • Miktub minn

    Il-President Eġizzjan, Mohammed Mursi ordna l-parlament biex jerġa' jiltaqa' wara li dan kien xolt xahar qabel. Ħafna qegħdin jinterpretaw id-deċiżjoni tiegħu bħala sfida diretta fuq l-armata.

    Il-Qorti Suprema kienet qalet li l-parlament imur kontra l-kostituzzjoni, hekk kif membri mill-partiti politiċi kkontestaw siġġijiet li huma riservati għall-indipendenti. Il-militar, li kien qiegħed imexxi l-pajjiż inforza din il-mossa.

    Iżda Mursi li l-partit tiegħu, (Muslim Brotherhood), rebaħ l-akbar numru ta' siġġijiet, qal li l-parlament għandu jerġa' jitlaqqa' sakemm issir elezzjoni mill-ġdid.

    Mursi ngħata l-kariga tal-ewwel president elett b'mod ħieles fl-Eġittu, ix-xahar li għadda. Il-militar kien ħa r-riedni tal-pajjiż f'idejh wara r-rivoluzzjoni li temmet it-tmexxija ta' Hosni Mubarak, li kien ilu jiggverna l-Eġittu għal 30 sena.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook