DealToday    myCard    



Aġġornat: “Żibel u intolleranti” – Ira Losco

  • Aww 29, 2012 16:49
  • Miktub minn

    Huwa żmien impenjattiv għall-kantanta Ira Losco, li ftit tal-jiem ilu nediet is-single l-ġdida tagħha, What I’d Give. Iżda dan ma żammx lil Losco milli tikkummenta dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-koabitazzjoni.

    Losco, li minbarra għas-suċċessi tagħha fil-qasam mużikali hija magħrufa wkoll għall-attiviżmu favur l-ugwaljanza fis-soċjet, kellha kliem iebes ħafna għal-liġi ta’ koabitazzjoni mressqa mill-Ministru Chri Said ‘ilbieraħ.

    Fuq il-fan page tal-Facebook tagħha Losco ddeskrivit din il-liġi bħala żibel u intolleranti.

    “Lanqas li kieku kont ngħix f’galassija oħra ma kont naċċetta dan iż-żibel u din l-intolleranza. Nistħi li jiena mmexxija minn persuni omofobiċi u daqstant bil-għatx għall-voti.

    “Skużawni, imma din id-darba se nuża l-vuċi tiegħi għal xi ħaġa differenti mill-kant u dan biex nuri rispett lejn ħafna minn sħabi li jixirqilhom l-istess drittijiet,” kitbet il-kantanta b’referenza għal din il-liġi.

    Angie Laus: Intant, anke l-preżentatriċi Angie Laus użat il-Facebook biex tgħid tagħha dwar din il-liġi. Laus għamlitha ċara li hi temmen li kulħadd INDAQS. "Għaliex jiena għandi d-dritt li niżżewweġ u persuni gay għadhom jiġġieldu għad-drittijiet tal-koabitazzjoni? Dan stupidu. Aħna kollha bnedmin u kulħadd jixraqlu li jkun indaqs," kitbet Angie Laus, li tmexxi l-programm popolari tal-Ħadd filgħodu fuq TVM.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 25

  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Prosit Ira!! Well said.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Prosit Ira. Nassoċċja ruħi ma dak li ktibt int għax nemmen li l-liġijiet u drittijiet għandhom ikunu ugwali għal kulħadd.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    prositttttttttttttttt IRA

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Ira kemm thobb tghid paroli fil-vojt. Ma tishix tghid dan l-kliem.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Huwa bic car li il Knisja qed izzomm lill PN Ostagg. Pajjizna sejjer lura bhall zmien dak l-Imbarazz ta l-Arcisqoff Gonzi.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    @Lillian Gonzi Isthi int jekk trid ghax ghandek biex. Jekk tahseb li din hija kwistjoni ta' cerimonji sejra zball.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    @liliana meta rajt kuljomok mil ewwel fhimt liliana u lanqas bqajt naqra il kumment tieghek ghax indunajt li kumment vojt kien ha jkun .

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    @Liliana, għandek xi ħaġa 'in common' mela magħha.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Proset Ira Losco, naqbel mieghek mija fil mija, nahseb wasal iz zmien li nibdew nghixu fi seklu 20 mhux nibqaw lura kif qedin jipruvaw ihalluna taht dan il gvern iggamjatu granfat mal-poter.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    @ Lilian Gonzi: lill-Ira qeghda tghid biex ma tisthix - mela kemm ghanda tisthi DCG - toffendi bniedem pilastru ta' Malta li kien qaghdu l-anqas hu mitfun. ISTHI INT u c-cirklu tieghek

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Dawn fejn irrdu isemmu ewropa u ejdu il irridu inkun bhal ewropa imma din il ligi mhux bhal ta ewropa.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    @ Lillian - IRA LOSCO ma ghandiex ghalxiex tisthi, PIU TOST dawk li huma mal-PN BHALEK !! http://www.youtube.com/watch?v=nxrpHK6hy7Q&feature=youtu.be

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    @Ms. Gonzi Kieku flokok nisthi niffirma.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    Lil LILIAN GONŻI ngħidilha li hija għandha għalfejn tistħi għax iġġorr dak il-kunjom li llum sar moqżież u mistmerr. Lil IRA nerġa ntennilha l-prosit tiegħi u ma tgħatix każ ta xi ċuċ bħal din li għadni kif semmejt.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    Jien nahseb iktar wara l-voti min

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    Well Done Ira..FINALLY someone who aint scared or ashamed to speak for the minority. @Lilian Gonzi..You dont even deserve to be answered..Your comment is too ignorant!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    Mhux wihed li inhobb nikummenta imma ma nistax nifhem kif adt awn nies vera injoranti,go dan il Pajjiz,@ lilian b rispett kollu lejk pls ghix il hajja tijak u halli lil hadiehor jghix ,jek ma taqbilx kem int u kem hu min hu ( Deal wi

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    It-traduzzjoni korreta ta' kliem Ira nahseb li hi: "Zibel u INTOLLERANZA" ... il-kliem li uzat ma kinitx qed tinidirizzhom lejn persuni izda lejn dak li hu ghaddej dwar il-ligi tal-koabitazzjoni.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    Awguri Ira akta nies bhalek ghandna bzonn fis-socjeta li ma jibzghux jitkel

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 30, 2012

    Proset Ira. Naqbel perfettament mieghek ghax jiena bhalek favur l-ugwaljanza fis-socjeta. Kulhadd ghandu jkollu l-istess drittijiet.. irrelevanti ahna x'ahna u ahna min ahna. Ahna lkoll

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 31, 2012

    Le ta... ma naħsibx li f'dal-kuntest, rubbish għandha s-sens ta' żibel. Żibel għandha konnotazzjoni negattiva bħal r

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Aww 31, 2012

    Prosit, Ira!

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Ott 15, 2012

    @ Lilian Gonzi. Min ma

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Jan 02, 2013

    Il-persuni b`disabilta ghandhom l-istess drittijiet daqs haddiehor, allura persuni li naturalment u normalment (mhux ghax irridu huma), huma gay qed jigu diskriminati? L-omosesualita mhix marda.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Apr 10, 2014

    Who gets to decide 'what's normal' and what's not?! We were ALL born equal!

    Irrispondi