Avukat jiċħad li naqas milli jagħmel xogħlu kif allega maġistrat

  • Aww 29, 2012 14:18
  • Miktub minn

    Wara li maġistrat talab lill-awtoritajiet biex jinvestigaw avukat tal-għajnuna legali, l-avukat innifsu ċaħad l-akkuża tal-maġistrat u qal li omm l-akkużat li deher għalih saħansitra rringrazzjatu għal dak li għamel ma’ binha.

    Il-każ kellu l-bidu tiegħu meta Alan Caruana, Żejtuni ta’ 33 sena li għandu l-vizzju tad-droga, instab ħati ta’ serq minn ‘confectionery’ fl-istess lokal u tpoġġa taħt ‘probation’ għal tliet snin.

    Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Francesco Depasquale rrimarka li l-Avukat Mark Busuttil ma deherx għal Caruana f’erba’ seduti u talab lill-awtoritajiet biex jinvestigaw għala dan naqas milli jagħmel xogħlu kif suppost.

    L-avukat tal-għajnuna legali huwa servizz mogħti mill-Gvern lil dawk li ma jkollhomx mezzi finanzjarji biex iqabbdu avukat tal-għażla tagħhom.

    Madankollu, mitlub jagħti r-reazjoni tiegħu, l-Avukat Busuttil ċaħad li huwa naqas li jagħmel xogħlu kif suppost u għalkemm qal li huwa veru li kien hemm xi seduti li ma deherx huwa kien diġ għamel it-trattazzjoni tal-każ u kien jonqos li jitħejja rapport mill-‘probation officer’ dwar l-akkużat.

    Huwa qal li huwa faċli tikkritika avukat li ma jkunx deher f’awla imma l-verit hi li mhux il-kawżi kollha jibdew fil-ħin li suppost ikollhom jibdew. Skont hu, jekk kawża quddiem maġistrat iddum ma tibda dan se jaffettwa x-xogħol tal-ġurnata bil-konsegwenza li ttelliflu l-kumplament tal-kawżi għal dik il-ġurnata.

    L-Avukat Busuttil qal li x-xogħol għall-avukati tal-għajnuna legali huwa wieħed kbir għax barra li jkollhom xogħol ta’ klijenti oħrajn, in-numru ta’ avukati tal-għajnuna legali qed jonqos.

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Bħala Mid-Dlam ghad-Dawl spiss niltaqghu ma' każijiet bhal dawn. Bhali

    Irrispondi
  •  

Facebook