Għadha misteru l-mewt ta’ pirotekniku magħruf

  • Lul 08, 2012 18:11
  • Miktub minn Aleander Balzan

    Għaddew kważi ħames snin minn aċċident fatali fil-kamra tan-nar ta’ Ħal-Lija… liema inċident sewa l-ħajja ta’ Twanny Farrugia, bniedem mill-iktar magħruf għall-ħila li kellu fil-piroteknika.

    Anke jekk minn dak il-jum tas-26 ta’ Novembru 2007 gerrbu x-xhur u s-snin, l-inkjesta maġisterjali għadha mhijiex magħluqa. Dan ifisser li uffiċjalment għadha misteru r-raġuni li setgħet waslet għall-inċident li kkawża l-mewt ta’ Farrugia.

    Filwaqt li kull mewt tnissel dieqa kbira, dik ta’ Farrugia kienet diffiċli ħafna biex sħabu d-dilettanti jniżżluha. Dan għax għalihom hu kien meqjus bħala “surmast” fil-qasam u bniedem li kien jagħti prijorità assolutà lis-sigurtà. Fit-triq għall-isptar Mater Dei, dak in-nhar tal-inċident, Farrugia kien instema' jgħid lil sħabu li m’għamel xejn ħażin.

    Intant, mistoqsi dwar x’inhi raġuni għall-fatt li l-inkjesta għada mhijiex magħluqa, kelliem tal-Ministeru tal-Ġustizzja saħaq li f’dan l-istadju ma jistax jikkummenta.

    “L-inkjesti maġisterjali li jkunu għadhom mhux magħluqa huma kunfidenzjali. Għaldaqstant mhux possibbli li tingħata tweġiba għal din ir-risposta,” qalilna l-kelliem tal-Ministeru.

    Bejn l-2006 u l-2011 kienu disa’ l-inċidenti f’postijiet tan-nar li ħallew persuni mejta. Huwa biss fil-każ ta’ Twanny Farrugia li l-inkjesta għadha mhijiex magħluqa. Minn tagħrif mogħti mill-Ministeru tal-Ġustizzja għall-mistoqsijiet ta’ inewsmalta.com jirriżulta li l-maġġoranza tal-inkjesti jdumu biex jingħalqu bejn sena u nofs u sentejn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0