Liġi tal-1998

  • Aww 29, 2012 12:15
  • Miktub minn

    Il-liġi tal-koabitazzjoni mnedija minn Chris Said ‘ilbieraħ iddiżapuntat lil ħafna, u bir-raġun. Forsi l-iktar li kienet qiegħda tistenna din il-liġi kienet il-komunità gay. Dan għaliex hija l-komunità gay li f’dan il-pajjiż m’għandiex għażliet. Koppja etrosesswali li trid id-drittijiet tal-miżżewġin, allura tista’ tiżżewweġ u tikseb dawn id-drittijiet. Bid-dħul tad-divorzju dan id-dritt infetaħ iżjed.

    Iżda, koppja gay m’għandiex din l-għażla u allura ħafna kienu qegħdin jistennew din il-liġi bit-tama, li anke jekk mhux żwieġ, il-liġi tagħtihom ċerti drittijiet. Iżda, il-liġi ftit toffri iktar minn dak li jeżisti. Mhux ta’ b’xejn li organizazzjonijiet bħal Malta Gay Rights Movement u aditus (acccesing rights), iddeskrivewha bħala waħda li lanqas tibda.

    Il-liġi tagħmel referenza lejn id-dritt li wieħed imur għand nutar u jirregola r-relazzjoni tiegħu, speċjalment fejn jidħlu proprjetà u finanzi. Iżda, dan mhux diġà jista’ jsir minn kwalunkwe koppja?

    Il-liġi ma tagħmel l-ebda referenza wkoll għad-dritt ta’ persuni minn pajjiżi terzi f’relazzjoni ma’ Maltin li jiġu jgħixu u jaħdmu hawn Malta. Lanqas hemm referenza għar-rikonoxximent ta’ ‘partnerships’ jew żwiġijiet bejn persuni gay f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-emfażi fuq flus u proprjetà tikxef ukoll kif min fassal din il-liġi fl-ebda ħin ma kien qiegħed jara lill-koppji involuti bħala familja. Għax familja hija iktar minn hekk.

    Id-diżappunt kien ikbar hekk kif tul l-aħħar ġimgħat il-Ministru Chris Said kien għaddej b’konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet dwar din il-liġi. Nifhmu l-konsultazzjoni kienet waħda wiesgħa u fejn kulħadd ingħata l-impressjoni li qiegħed jingħata widen.

    Anke wara d-dokument ta’ tiġdid tal-Partit Nazzjonalsita - l-Għeruq Tagħna - ftit tax-xhur ilu kien hemm min stenna ċertu nifs ġdid fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Iżda, il-liġi kif proposta tfakkarna ħafna fit-twemmin politiku ta’ Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi. Dan huwa twemmin li jinżel tajjeb ma faxxa wiesgħa ta’ nies, huwa twemmin li jinżel tajjeb ma’ istituzzjoni bħal Knisja, iżda żgur mhux ma’ dawk li f’pajjiżna jridu jaraw iktar drittijiet ċivili.

    Forsi wieħed jistaqsi għaliex semmejna lil Fenech Adami u l-1998. Semmejna dan għax l-argumentazzjoni ta’ Chris Said, li din il-liġi hija biex tħares lill-vulnerabbli fil-koppja u li ma tagħtix l-istess drittijiet ta’ familja, fakkruna f’intervista li Fenech Adami kellu fi żmien ir-referendum tad-divorzju.

    Mistoqsi dwar il-wegħda tal-1998 Fenech Adami kien qal li bil-liġi ta’ koabitazzjoni ried biss li jispiċċa l-isfruttament, iżda ma jrid li jkun hemm l-ebda drittijiet li jmorru iktar minn hekk.

    Jidher biċ-ċar li l-ħsibijiet f’din il-liġi jirriflettu sew dak li ried Fenech Adami fl-1998, bir-riżultat ikun liġi li FORSI kienet tkun tajba għar-realtajiet ta’ 14-il sena ilu, iżda mhux għal-lum.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Set 17, 2012

    Wisq nies qed jitilfu is-sens socjali tal-familja. Il-familja hija il-pediment tas-socjeta. Ghaldaqstant il-familja hija

    Irrispondi