Aġġornat: Imut b'xokk waqt użu ta' 'chaser'

  • Aww 28, 2012 20:51
  • Miktub minn John Pisani

    Elton John Cini ta’ 36 sena miż-Żurrieq tilef ħajtu kawża ta’ xokk elettriku meta kien qed jaħdem fil-kunvent tas-sorijiet fl-Imrieħel.

    Għall-ħabta tas-18.20 Cini kien qed juża ċ-chaser, magħrufa aħjar bħala ‘fekruna’, biex jagħmel trinka fil-ħajt. Huwa kien qed jagħmel xi xogħol fil-kunvent tas-sorijiet li jinsab fi Triq Notabile fl-Imrieħel, limiti ta’ Birkirkara. Kif kien qed iħaffer jidher li laqat wajer tal-elettriku li minnu kien għaddej il-kurrent b’konsegwenza li Cini ħa xokk u tisbita kbira.

    L-ewwel għajnuna bdiet tingħatalu minn kollegi tiegħu u nies oħra li kienu fil-kunvent. Dan sakemm waslet ambulanza b’żewġ infermieri u tabib. Dawn komplew jagħtuh il-messaġġi u peress li qalbu ma kinitx qed tħabbat tawh ukoll xokkijiet. Dan l-intervent tkompla fl-ambulanza fi triqtu lejn l-Isptar Mater Dei. Anke hawn it-tobba, fosthom Michael Spiteri, komplew jipprovaw minn kollox u reġgħu amminstraw ix-xokkijiet fuq qalbu b’tentattiv li din terġa’ tibda’ tħabbat, iżda l-intervent iddisprat tat-tim mediku kien għalxejn għax Cini miet fl-emerġenza.

    B’din it-traġedja ġie informat il-Maġistrat Carol Peralta li ordna inkjesta u ħatar l-esperti tal-Qorti, fosthom it-Tabib Forensiku Mario Scerri. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga din il-fatalit.

    (Ritratt: John Pisani),

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    anonimu
    Aww 29, 2012

    Bniedem b mewta sfortunata,j`alla lbambin isabbar lil familtu u jitfa jdejh fuqom.. RIP habib..

    Irrispondi