It-tingiża għal kull staġun

  • Lul 08, 2012 18:05
  • Miktub minn Roberta Fenech
    F'ħafna pajjiżi madwar id-dinja jkun hemm nuqqas ta' donaturi ta’ demm matul ix-xhur sajfin. Dan jiġri l-aktar minħabba li n-nies fis-sajf ikun aktar moħħhom fid-divertiment, iżda skont Tony Micallef, senior nurse fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm, f'Malta ma jidhirx li dan hu l-każ.

    Min-naħa l-oħra f'Mejju, ir-rata ta' donaturi li marru jagħtu d-demm kien anqas mill-ewwel erba' xhur tas-sena.

    Din is-sena bejn Jannar u April, miċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm inġabru 6,000 borża demm, li kienu jfissru żieda ta’ 1,000 borża fuq l-istess perijodu s-sena ta’ qabel. Minn Mejju d-donaturi ma baqgħux jirrikorru fiċ-Ċentru bl-istess rata.

    “Però l-poplu Malti dejjem jirrikori għas-sejħiet li jsiru miċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm meta jkun hemm nuqqas urġenti ta' demm,” qal Micallef meta mistoqsi jekk din hijiex prova li anke f'Malta jonqsu d-donaturi fis-sajf. Meta jsir appell ta’ nuqqas ta’ demm jinġabru mat-300 borża f’jumejn. F'Malta jkun hawn bżonn bejn 50 u 60 borża demm kuljum u d-domanda tad-demm fl-isptar qiegħda kull ma tmur tiżdied, minħabba li qed ikun hemm trattamenti aktar speċifiċi li jitolbu għad-demm.

    Fis-sajf ikollok aktar aċċidenti milli jkun hemm fix-xhur oħra, barra minn dan il-popolazzjoni ta’ Malta tkun akbar mis-soltu minħabba l-influss ta’ turisti. F'Malta ma jkunx aċċetat demm minn turisti, f'Malta biex tagħti d-demm irrid ikollok karta tal-identità Maltija.

    Barra d-demm li jintuża mill-isptar kuljum għall-operazzjonijiet skedati u trattamenti li jsiru ta' kuljum, il-pajjiż ikollu wkoll ħażna ta' demm li trid tinżamm għall-emerġenza. Id-demm jinżamm skont kemm ikun hawn nies fil-popolazzjoni Maltija li jkollhom dak id-demm partikolari, għalhekk fil-ħażna ta’ Malta jkun hemm 200 borża tat-tip 0 positive, 30 borża mit-tip 0 negative, 200 borża A positive, 30 borża A negative, 40 borża B positive, għaxar boroż B negative u bejn ħames u għaxar boroż tat-tip AB kemm positive u kemm negative.

    Kull persuna li jkollha bżonn id-demm isirilha test biex jiġi determinat it-tip ta' demm li għandha, dawn it-testijiet ma jsirux biss f'każi ta' emerġenza estrema fejn ikun hemm ir-riskju eminenti ta' ħajja jew mewt, f'dawn il-każi li huma rari jingħata d-demm O negative biex ikun jaqbel ma' kulħadd.

    “Id-demm għandna bżonnu kuljum u l-ħin kollu, għalhekk dawk kollha li għandhom bejn is-17 u s-68 sena, għandhom jagħmlu ġest nobbli u altruwistiku u jagħtu d-demm,” żied Tony Micallef.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook