Jitkellem dwar “tfixkil” f’San Pawl il-Baħar

  • Lul 08, 2012 17:57
  • Miktub minn Aleander Balzan

    F’intervista ma’ inewsmalta.com is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Mario Salerno, qal li jekk ikun hemm il-ħtieġa mhux se jidejjaq li jsemmi lil min qiegħed ifixkel lill-kunsill immexxi minnu. Salerno ta x’jifhem li mhux kuntent bil-mod kif qegħdin jiżviluppaw ċerti affarijiet tant li qal li ċerti kunsilliera jaħdmu “bil-burdati.” Salerno qiegħed imexxi l-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar wara li f’Marzu li għadda l-Partit Laburista rebaħ dan il-lokal għall-ewwel darba.

    Anke meta mistoqsi dwar x’se jsir mil-wegħda tal-proġett għal dehra ġdida lill-Housing Estate f’San Pawl il-Baħar, Salerno aċċena għal din il-problema. Qal li jittama fi gvern Laburista, biex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq.

    Għall-mistoqsija ta’ inewsmalta.com dwar għaliex mhux qed jaħdem mal-gvern preżenti biex dan il-proġett jitwettaq mill-iktar fis, huwa wieġeb hekk: “Bħalissa, sfortunatament, qegħdin isiru ħafna żbalji. Żbalji anke min-nies li jaħdmu ma’ entitajiet governattivi. Jekk humiex żbalji ġenwini jew żbalji intenzjonati jiena għandi l-opinjoni tiegħi… Ma niddejaq xejn li nikkritika min jonqos mir-rispett lejn ir-residenti. Min jagħmel il-ħsara mhux qiegħed jagħmel ħsara lili, Mario Salerno, iżda lill-komunità.”

    Staqsejna lil Salerno x’se jagħmel il-kunsill lokali mmexxi minnu dwar il-bini amministratti li l-Partit Laburista tant għamel kritika dwaru, bis-Sindku jwieġeb li l-kunsill lokali diġa’ qiegħed ifittex post alternattiv. Fl-intervista li qegħdin inxandru fiċ-channel tagħna fuq YouTube staqsejnih dwar kemm tista’ tiswa flus deċiżjoni simili. “Worth it?” kienet il-mistoqsija naturali bir-risposta tiegħu tkun li din hija “kwistjoni ta’ matematika.”

    Intant, ma’ inewsmalta.com Salerno tkellem dwar il-prijoritajiet tal-kunsill lokali filwaqt li kkonferma kif fil-passat il-problema ta’ parkeġġ f’San Pawl kompliet tiżdied billi ngħataw permessi llegali għal ‘reserved parkings’. “Dawn baqgħu jingħataw sal-lejliet l-elezzjoni,” allega Salerno.

    Ritratt: Ray Attard

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook