“Nara PN magħqud” – Edwin Vassallo

  • Lul 08, 2012 17:48
  • Miktub minn

    Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo għandu ħsibijiet differenti minn tal-Ministru Mario De Marco u minn tal-Membru tal-Parlament Ewropew Simon Busuttil.

    Dan għax filwaqt li De Marco u Busuttil qalu li mill-PN ħiereħ id-demm u li l-PN maqsum, Edwin Vassallo saħaq li hu jara partit magħqud.

    Vassallo kiteb dan fl-artiklu regolari tiegħu fil-MUMENT ippubblikat illum il-Ħadd 8 ta’ Lulju.

    “Meta nħares lejn il-PN, bil-kuntrarju ta’ xi wħud, jien nara Partit Nazzjonalista magħqud u lest biex jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss,” kiteb Vassallo, filwaqt li elabora fuq dawk li hu fisser bħala “deċiżjonijiet li wasslu biex il-poplu Malti u Għawdxi jiffaċċja l-problemi ekonomiċi b’mod li ma kellu iġarrab it-tbatija li ġarrbu popli oħrajn.”

    “Jien inħares lejn il-PN u nara partit magħqud, b’Kunsill Amministrattiv, b’Kumitat Eżekuttiv u bil-membri tal-kumitati kollha magħqudin fehma waħda u b’lealtà lejn il-Prim Ministru Gonzi,” kompla Vassallo. Id-deputat Mosti reġa’ nsista li ma jarax ‘issues’ li jaqsmu l-partit u fi kliemu l-uniku diskussjoni hi jekk il-partit għandux imur għal elezzjoni bikrija jew le.

    Intant, meta tkellem dwar Jeffrey Pullicino Orlando, Jesmond Mugliett u Franco Debono qal li l-vot tagħhom seta’ wassal biex dehret xi firda. Iżda, Vassallo dlonk reġa’ kiteb li ma jgħidx “li għandna partit mifrud jew partit li qed inixxi d-demm.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 4

  •  
    anonimu
    Lul 08, 2012

    Edwin Vassallo bhal ħafna oħrajn fil-PN huwa maqtuħ mir-realta' miskin. Imma ma' ċertu nies, għadu qrib wisq: http://www.youtube.com/watch?v=c-c8gpARGwQ

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    Lanqas dwar jekk il-PN hux maqsum jew le m'hemm qbil.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    Clearly, the PN is in a big state of denial. It's no surprise that they lost all touch with 'their' people.

    Irrispondi
  •  
    anonimu
    Lul 09, 2012

    ftit ta zmien ilu San edwin kellu dibattitu fuq Xarabank u fost hafna tbabis fil konfront ta Franco debono , beda jghidlu "ejja lura , il-bieb tal partit nazzjonalista mif

    Irrispondi